Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2021 – Santos vs EUIPO (Forma ta’ pressa taċ-ċitru)

(Kawża T-574/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Santos (Vaulx-en-Velin, Franza) (rappreżentant: C. Bey, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea tridimensjonali, b’talba fir-rigward tal-kulur (Isfar Pantone 1235C ; Aħdar NCS: S 30 50 G 50 Y) (Forma ta’ pressa taċ-ċitru) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 005 754

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 281/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjez sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura quddiem l-ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew tal-Kunsill.

____________