Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2021 – Basaglia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-597/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Giorgio Basaglia (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Balossi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Lulju 2021 C(2021) 5741 final skont l-Artikolu 4 tad-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/20011 , li ġiet ikkomunikata fil-verżjoni Taljana fit-23 ta’ Awwissu 2021.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka aggravju uniku.

L-uniku aggravju bbażat fuq ir-restrizzjoni unilaterali tal-kamp ta’ applikazzjoni tat-talba inizjali.

F’dan ir-rigward jiġi sostnut li r-rikorrent jallega li bis-sentenza mogħtija fil-kawża T-727/19, Basaglia vs Il-Kummissjoni (sentenza tat-23 ta’ Settembru 2020, mhux ippubblikata, EU:T:2020:446) il-Qorti Ġenerali kienet ordnat l-annullament tad-deċiżjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea ta’ tnaqqis unilaterali tat-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent; b’mod partikolari, kienet ġiet ikkonfermata l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni sa fejn hija kienet illimitat unilateralment id-dritt tar-rikorrent li jkollu aċċess għad-dokumenti mitluba; id-deċiżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea, mogħtija wara l-annullament tad-deċiżjoni preċedenti, naqset milli twettaq dak li ġie deċiż mill-Qorti Ġenerali fit-23 ta’ Settembru 2020 u kisret mill-ġdid id-dritt ta’ aċċess tal-applikant.

____________

1 5741 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).