Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2021 – lastminute foundation vs EUIPO – Scai Comunicazione (B Heroes)

(Kawża T-587/21)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: lastminute foundation (Chiasso, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. De Marchi u D. Contini, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scai Comunicazione Srl unipersonale (Potenza, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “B Heroes” bil-kuluri maġenta u griż – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 582 891

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Lulju 2021 fil-Każijiet magħquda R 1245/2020-5 u R 1279/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata inkwantu l-Bord tal-Appell parzjalment laqa’ l-Appell R 1245/2020-5 u ċaħad l-Appell R 1279/2020-5;

għaldaqstant, tikkonferma li t-trade mark tal-Unjoni Nru 17 582 891 għandha tibqa’ rreġistrata għall-prodotti u għas-servizzi kollha inklużi fil-Klassijiet 9, 35, 38, 41 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________