Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Fürstlich Castell’sches Domänenamt vs UASI – Castel Frères (CASTEL)

(Kawża T-320/10)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali CASTEL – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ammissibbiltà – Raġuni assoluta għal rifjut mhux invokat quddiem il-Bord tal-Appell – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell (Castell, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger u T. Wittmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentanti: P. Geroulakos et G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali : Castel Frères SAS (Blanquefort, Franza) (rappreżentanti : A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell u Castel Frères SAS .

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2010 (Każ R 962/2009-2) hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fürstlich Castell’sches Domänenamt Albrecht Fürst zu Castell-Castell.

Castel Frères SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 260, 25.9.2010.