Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – Ryanair vs Il-Kummissjoni (KLM II; COVID-19)

(Kawża T-146/22) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil KLM fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 – Garanzija mill-Istat għal self bankarju u self subordinat mill-Istat – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Locus standi – Effett negattiv sostanzjali fuq il-pożizzjoni tar-rikorrent fis-suq – Ammissibbiltà – Determinazzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fil-kuntest ta’ grupp ta’ kumpanniji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. C. Laprévote, V. Blanc, D. Pérez de Lamo u S. Rating, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Georgieva, J. Carpi Badía u M. Farley, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: T. Stéhelin, B. Fodda, T. Lechevallier u P. Dodeller, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, C. Schillemans, E. Besselink u J. Langer, aġenti, assistiti minn S. Corrijn, avukat), Société Air France (Tremblay-en-France, Franza), Air France-KLM (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Derenne u D. Vallindas, avukati) Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Amstelveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Schillemans, P. Huizing u E. de Krom, avukati)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 5437 final tas-16 ta’ Lulju 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID-19: Garanzija mill-Istat għal self u self mill-Istat lil KLM.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 5437 final tas-16 ta’ Lulju 2021 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57116 (2020/N) – Il-Pajjiżi l-Baxxi – COVID-19: Garanzija mill-Istat għal self u self mill-Istat lil KLM, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Ryanair DAC.

Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Air France-KLM, Société Air France u Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 198, 16.5.2022.