Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/22) 1

(“FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq mill-Awstrija – Koeffiċjent tat-tnaqqis – Artikolu 24(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 – Artikolu 30(7)(b) tar-Regolament Nru 1307/2013 – Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: J. Schmoll u A. Kögl aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u A. Becker, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-Repubblika tal-Awstrija titlob l-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2022, L 157, p. 15), sa fejn din eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni l-infiq iddikjarat skont il-FAEG mir-Repubblika tal-Awstrija li jammonta għal EUR 146 449.98.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/908 tat-8 ta’ Ġunju 2022 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandha tiġi annullata sa fejn, f’dak li jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja identifikata fit-tabella annessa għal din id-deċiżjoni bit-titolu “allokazzjoni tad-drittijet ta’ konverġenza”, li tirrigwarda s-snin finanzjarji 2016 sal-2020, din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-infiq imwettaq mir-Repubblika tal-Awstrija taħt il-FAEG qabel is-27 ta’ Novembru 2016.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Awstrija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 389, 10.10.2022.