Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2024 – XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/22) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Eżerċizzju ta’ promozzjoni 2021 – Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 7 – Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Deċiżjoni espressa li tiċħad l-ilment – Adattament tar-rikors – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ apprezzament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: XH (rappreżentant: K. Górny, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Hohenecker u L. Vernier, agenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikata fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 31-2021 tal-10 ta’ Novembru 2021 sabiex isimha ma jiġix inkluż fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-kuntest tal-eżerċizzju ta’ promozzjoni tal-2021 u kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

XH hija kkundananta għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 294, 1.8.2022.