Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-27 taʼ Frar 2013 - Silvia Georgiana Câmpean vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-97/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Mediaș, Administrația Fondului pentru Mediu
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 jiksru l-Artikolu 110 TFUE; jistabilixxu tassew miżura manifestament diskriminatorja ?
L-Artikolu 110 TFUE jista' jiġi interpretat fis-sens li jikser id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 9/2012 (fil-formulazzjoni inizjali tiegħu), li jistabbilixxu taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu tal-vetturi b'mutur, jekk din il-miżura fiskali tkun ifformulata b'tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, fl-imsemmi Stat Membru, ta' vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħrajn, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta' vetturi użati tal-istess żmien u kundizzjoni fis-suq nazzjonali ?
____________