Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Settembru 2012 - Ertmer vs UASI - Caterpillar (erkat)

(Kawża T-566/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali erkat - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti CAT - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta' motivazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Jutta Ertmer (Tastungen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u C. Eckhartt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caterpillar, Inc. (Peoria, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard u E. Nicolás Gómez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Settembru 2010 (Każ R 270/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Caterpillar, Inc. u Jutta Ertmer.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta' Settembru 2010 (Każ R 270/2010-1), hija annullata.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    L-UASI u Caterpillar, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 55, 19.02.2011.