Language of document : ECLI:EU:T:2005:461

SENTENZA TAL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (ir-Raba' Awla Estiża)

15 ta' Diċembru 2005 (*)

" Xandir bit-televiżjoni – Direttiva 89/552/KEE – Direttiva 97/36/KE – Artikolu 3a – Avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà – Ammissibiltà – Ksur tal-forom sostanzjali "

Fil-kawża T-33/01

Infront WM AG, li qabel kienet KirchMedia WM AG, stabbilita fi Zug (l-Iżvizzera), inizjalment irrappreżentata minn C. Lenz, A. Bardong, avocats, u E. Batchelor, solicitor, wara minn C. Lenz, E. Batchelor, R. Denton, solicitors, F. Carlin, barrister, u M. Clough, QC, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

rikorrenti

vs

il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn K. Banks u M. Huttunen, bħala aġenti, assistiti minn J. Flynn, QC, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta

sostnuta minn

ir-Repubblika Franciża, irrappreżentata minn G. de Bergues, bħala aġent, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, inizjalment irrappreżentat minn J. Collins, wara minn R. Caudwell, fl-aħħar minn M. Berthell, bħala aġenti, dan ta' l-aħħar assistit minn K. Parker, QC, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

il-Parlament Ewropew, irrappreżentat minn C. Pennera u M. Moore, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, irrappreżentat minn A. Lopes Sabino u M. Bishop, bħala aġenti, 

partijiet intervenjenti

li għandu bħala suġġett talba għal annullament ta' l-allegata Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata taħt l-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23), emendata permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 202, p. 60),

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA
TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ (ir-Raba' Awla Estiża),

komposta minn H. Legal, President, P. Lindh, P. Mengozzi, I. Wiszniewska-Białecka u V. Vadapalas, Imħallfin,

Reġistratur: J. Plingers, Amministratur,

wara li rat il-proċedura bil-miktub, u wara s-seduta tas-7 ta' Lulju 2005,

tagħti l-preżenti

Sentenza

 Kuntest ġuridiku

1       Id-Direttiva 89/552/KEE tal-Kunsill, tat-3 ta' Ottubru 1989, dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti b'liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta' attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni (ĠU L 298, p. 23), ġiet adottata fuq il-bażi ta' l-Artikolu 57(2) tat-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (li sar, wara emenda, l-Artikolu 47(2) KE) u l-Artikolu 66 tat-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (li sar l-Artikolu 55 KE). Din id-Direttiva ġiet emendata permezz tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/36/KE tat-30 ta' Ġunju 1997 (ĠU L 202, p. 60).

2       Id-Direttiva 89/552, emendata, tikkostitwixxi l-kuntest ġuridiku ta' l-attivitajiet ta' xandir bit-televiżjoni fis-suq komuni. L-iskop ewlieni tiegħu huwa li jiffaċilita l-libertà ta' moviment ta' programmi televiżivi fi ħdan il-Komunità Ewropea billi jipprevedi l-minimu tad-dispożizzjonijiet li l-Istati Membri jridu jimponu fuq xandara televiżivi skond il-kompetenza rilevanti tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Frar 1995, Leclerc-Siplec vs TF1 u M6, C‑412/93, Ġabra p. I‑179, punti 28 u 29).

3       Il-premessi 18 sa 21 tad-Direttiva 97/36 jisħqu:

"(18) Billi huwa essenzjali li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex jipproteġu d-dritt għall-informazzjoni u sabiex jiżguraw aċċess wiesa' mill-pubbliku għax-xandir televiżiv ta' avvenimenti nazzjonali jew mhux nazzjonali ta' importanza kbira għas-soċjetà, bħal-logħob Olimpiku, it-Tazza tad-Dinja u l-kampjonat Ewropew tal-futbol; billi għal dan il-għan l-Istati Membri jżommu d-dritt li jieħdu l-miżuri kumpatibbli mal-liġi Komunitarja mmirati sabiex jirregolaw l-eżerċizzju ta' drittijiet esklussivi tax-xandir għal avvenimenti bħal dawk mix-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom;

(19) Billi huwa neċessarju li jsiru arranġamenti fi ħdan il-qafas Komunitarju, sabiex jiġi evitat il-potenzjal ta' inċertezza legali u xkiel tas-suq u sabiex iċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi televiżivi tiġi rikonċiljata mal-bżonn li tiġi evitata l-possibiltà ta' ksur tal-miżuri nazzjonali li jipproteġu interess ġenerali leġittimu;

(20) Billi, b'mod partikolari, huwa xieraq li jiġu stipulati dispożizzjoniet f'din id-Direttiva dwar l-eżerċizzju minn xandara ta' drittijiet esklussivi tax-xandir li huma setgħu xtraw għal avvenimenti li huma meqjusa bħala ta' importanza kbira għas-soċjetà fi Stat Membru li m'huwiex dak li għandu l-ġurisdizzjoni fuq ix-xandara, u billi, sabiex jiġi evitat ix-xiri ta' drittijiet spekulattivi bil-għan li jkun hemm ksur tal-miżuri nazzjonali, huwa neċessarju li dawn id-dispożizzjoniet jiġu applikati għal kuntratti li jkunu saru wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva u fir-rigward ta' avvenimenti li jiġru wara d-data ta' l-implimentazzjoni, u billi, meta kuntratti li d-data tagħhom tkun qabel il-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu mġedda, jiġu meqjusa li huma kuntratti ġodda;

(21) Billi avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà għandhom, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, jissodisfaw ċerti kriterji, jiġifieri li jkunu avvenimenti eċċezzjonali li huma ta' interess għall-pubbliku inġenerali fl-Unjoni Ewropea jew fi Stat Membru partikolari jew f'parti importanti li hija komponent ta' Stat Membru partikolari u li jkunu organizzati minn qabel minn organizzatur ta' l-avvenimenti li huwa legalment intitolat li jbigħ id-drittijiet li jappartjenu għal dak l-avveniment;"

4       Taħt l-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/552, kif emendat (iktar 'il quddiem id- "Direttiva"):

"(a) 'xandir bit-televiżjoni' tfisser it-trasmissjoni inizjali permezz tal-wajer jew fl-arja, inkluża dik bis-satellita, fil-forma bla code jew bil-code [kodifikat jew le], ta' programmi tat-televiżjoni maħsuba għar-riċezzjoni mill-pubbliku. Tinkludi l-komunikazzjoni ta' programmi bejn intrapriżi bl-iskop li dawn jiġu trasmessi lill-pubbliku. Ma tinkludix servizzi ta' komunikazzjoni li jipprovdu bċejjeċ ta' informazzjoni jew messaġġi oħrajn dwar talba individwali bħal telecopying, banek ta' informazzjoni elettronika u servizzi simili oħrajn;

(b) 'xandar' tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li għandha r-responsabbiltà editorjali għall-kompożizzjoni ta' l-iskedi tal-programmi televiżivi fis-sens ta' (a) u li tittrasmettihom jew li tagħmel mezz li jiġu trasmessi minn terzi persuni;"

5       L-Artikolu 3a tad-Direttiva jiddisponi li:

" 1. Kull Stat Membru jista' jieħu miżuri skond il-liġi tal-Komunità sabiex jiżgura li x-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu ma jxandrux fuq bażi esklussiva avvenimenti li huma meqjusa minn dak l-Istat Membru li huma ta' importanza kbira għas-soċjetà b'tali mod li jċaħħdu proporzjon sostanzjali tal-pubbliku f'dak l-Istat Membru mill-possibiltà li jsegwu dawk l-avvenimenti permezz ta' xandira diretta jew diferita fuq it-televiżjoni ta' mingħajr ħlas. Jekk jagħmel dan, l-Istat Membru involut għandu jipprepara lista ta' avvenimenti magħżula, nazzjonali jew mhux nazzjonali, li huwa jqis li huma ta' mportanza kbira għas-soċjetà. Għandu jagħmel dan b'mod ċar u trasparenti fil-ħin xieraq u effettiv. Waqt li jagħmel dan, l-Istat Membru involut għandu wkoll jistabbilixxi jekk dawk l-avvenimenti għandhomx ikunu disponibbli permezz ta' xandira diretta sħiħa jew parzjali, jew fejn huwa meħtieġ jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi fl-interess pubbliku, xandira diferita sħiħa jew parzjali.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni dwar il-miżuri kollha meħuda jew li għandhom jittieħdu skond il-paragrafu 1. Fi żmien perijodu ta' tliet xhur min-notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika li dawk il-miżuri jkunu kumpatibbli mal-liġi tal-Komunità u għandha tikkomunikahom lill-Istati Membri l-oħra. Għandha tfittex l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 23a. Għandha minn hemm 'il quddiem tippubblika l-miżuri meħuda fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitàjiet Ewropej u mill-inqas darba fis-sena l-lista kkonsolidata tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ċert, b'mezzi xierqa, fi ħdan il-qafas leġislattiv tagħhom li x-xandara taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ma jeżerċitawx id-drittijiet esklussivi mixtrija minn dawk ix-xandara wara d-data tal-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva b'tali mod li proporzjon sostanzjali mill-pubbliku fi Stat Membru ieħor jiġi mċaħħad mill-possibiltà li jsegwi avvenimenti li jiġu nnominati minn dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafi preċedenti permezz ta' xandir dirett sħiħ jew parzjali jew, fejn ikun neċessarju jew xieraq għal raġunijiet oġġettivi fl-interess pubbliku, xandir differit sħiħ jew parzjali fuq it-televiżjoni ta' mingħajr ħlas kif jiġi stabbilit minn dak l-Istat Membru l-ieħor skond il-paragrafu 1. "

6       Taħt l-Artikolu 23a(1) tad-Direttiva:

" Għandu jiġi stabbilit kumitat ta' kuntatt taħt il-patronaġġ tal-Kummissjoni. Għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri. Għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni u jiltaqa' fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba tad-delegazzjoni ta' Stat Membru. "

 Il-fatti li wasslu għall-kawża

7       Kirch Media GmbH & Co. KGaA, magħrufa qabel bħala TaurusFilm GmbH & Co., u KirchMedia WM AG, li saret Infront WM AG, twettaq attività ta' akkwiżizzjoni, ġestjoni u kummerċjalizzazzjoni ta' drittijiet ta' xandir bit-televiżjoni ta' avvenimenti sportivi u li regolarment tixtri dawn id-drittijiet mill-organizzaturi ta' l-avveniment sportiv in kunsiderazzjoni. Hi tbiegħ id-drittijiet li għadhom kemm inxtraw lix-xandara televiżivi. 

8       Fl-10 ta' Settembru 1996, TaurusFilm GmbH & Co. u Sporis Holding AG, li hija koliċenzjata magħha, iffirmaw kuntratt mal-Federazzjoni tal-Futbol Internazzjonali (FIFA) dwar l-għoti tad-drittijiet esklussivi ta' xandir fuq skala dinjija – ħlief għall-Istati Uniti ta' l-Amerika – tal-logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għas-snin 2002 u 2006. Permezz ta' ftehim konkluż fis-26 ta' Mejju 1998 bejn il-FIFA u TaurusFilm GmbH & Co., li ssostitwixxa l-kuntratt ta' qabel lil, din ta' l-aħħar ġew mogħtija, għal ħlas minimu ta' 1,4 biljun Frank Svizzeru, id-drittijiet esklussivi ta' xandir ta' dawn l-avvenimenti għall-Istati tal-kontinent Ewropew kif ukoll għar-Russja, ir-Repubbliki l-oħra li kienu jiffurmaw l-Unjoni Sovjetika u t-Turkija.

9       Fl-14 ta' Ottubru 1998, Kirch Media GmbH & Co. KGaA ċediet id-drittijiet tagħha ta' xandir tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA ta' l-2002, ħlief għad-drittijiet għall-Ġermanja, lill-fergħa taħt il-liġi Żvizzera tagħha FWC Medien AG, li saret KirchMedia WM AG.

10     Skond l-AArtikolu 3a(2) tad-Direttiva, ir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill-Kummissjoni, fil-25 ta' Settembru 1998, il-miżuri meħuda fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dawn il-miżuri jinkludu l-lista ta' l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà, magħżula minn dan l-Istat Membru.

11     Il-Kummissjoni, skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, ikkomunikat dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra fit-2 ta' Novembru 1998 u rċeviet l-osservazzjonijiet tal-kumitat ta' kuntatt skond l-Artikolu 23a(1) ta' din id-Direttiva (iktar 'il quddiem il-"kumitat ta' kuntatt") waqt laqgħa ta' l-20 ta' Novembru 1998.

12     Permezz ta' ittra tat-23 ta' Diċembru 1998, il-Kummissjoni għarrfet lir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li xi nuqqasijiet fl-applikazzjonijiet tal-miżuri nnotifikati ma' jippermettuliex li tevalwa l-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Komunitarju.

13     Ir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq innotifika lill-Kummissjoni verżjoni ġdida ta' dawn il-miżuri permezz ta' ittra tal-5 ta' Mejju 2000.

14     Permezz ta' ittra ta' l-14 ta' Lulju 2000, indirizzata lill-Kummissjoni, ir-rikorrenti saħqet li l-lista stabbilita mir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma tistax tiġi approvata minħabba li hi inkompatibbli kemm ma' l-Artikolu 3a tad-Direttiva kif ukoll ma' dispożizzjonijiet oħra tad-dritt Komunitarju. Tallega b'mod partikolari, f'din l-ittra, li l-lista in kwistjoni ma ġietx stabbilita skond proċedura ċara u trasparenti, li din il-lista tinkludi avvenimenti mhux ta' importanza kbira għas-soċjetà tar-Renju Unit, li l-proċess konsultattiv nazzjonali u Komunitarju kien ivvizzjat minn nuqqasijiet kbar u tilmenta dwar il-karattru retroattiv tar-regolament in kwistjoni.

15     Fit-28 ta' Lulju 2000, id-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali (DG) "Edukazzjoni u Kultura" tal-Kummissjoni indirizza ittra lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li tindika dan li ġej:

"Permezz ta' l-ittra tal-5 ta' Mejju 2000, li l-Kummissjoni rċeviet fil-11 ta' Mejju 2000, ir-rappreżentant permanenti tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma' l-Unjoni Ewropea nnotifika lill-Kummissjoni numru ta' miżuri nazzjonali dwar ix-xandir bit-televiżjoni ta' avvenimenti ta' interess nazzjonali fir-Renju Unit. Dawn il-miżuri jinkludu: l-Artikoli 97, 98, 101, 103, 104 u 105 tat-taqsima IV ta' l-Att dwar ix-Xandir [1996]; l-Artikoli 1, 3 u 9 tar-Regolament 3 annessa mar-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000; id-dispożizzjonijiet pertinenti tal- Kodiċi fuq l-Isport u Avvenimenti oħra Elenkati [tal-Kummissjoni Indipendenti tat-Televiżjoni], ippubblikati skond l-Artikolu 104 ta' l-Att dwar ix-Xandir 1996; il-kriterji li jiddefinixxu l-avvenimenti sportivi u avvenimenti oħra ta' interess nazzjonali mħabbra mis-Segretarju Parlamentarti għall-Kultura, għall-Medja u għall-Isport tal-25 ta' Novembru 1997 kif ukoll id-dikjarazzjoni magħmula fil-Parlament fil-25 ta' Ġunju 1998 mis-Segretarju Parlamentarti għall-Kultura, għall-Medja u għall-Isport dwar ir-reviżjoni tal-lista ta' avvenimenti sportivi u avvenimenti oħra ta' interess nazzjonali effettwati taħt l-Artikolu 97(3) tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996.

Hekk jeżiġi l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva […], il-Kummissjoni kkomunikat il-miżuri [notifikati] lill-Istati Membri l-oħra u talbet l-opinjoni tal-[kumitat ta' kuntatt].

Għandi l-unur ninfurmakhom li, wara l-eżami ta' konformità tal-miżuri deċiżi mad-Direttiva u wara li ttieħdu in kunsiderazzjoni l-elementi tal-fatti disponibbli f'dak li jirrigwarda x-xena tat-televiżjoni tar-Renju Unit, il-Kummissjoni Ewropea mhix bi ħsiebha tikkontesta l-miżuri nnotifikati mill-awtoritajiet tagħkom.

Skond kif previst fl-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni ser tipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-miżuri nnotifikati fil-[Ġurnal Uffiċjali]."

16     Permezz ta' ittra tas-7 ta' Novembru 2000, ir-rikorrenti għarrfet lill-Kummissjoni li saret taf b'l-approvazzjoni fi żmien qasir tal-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u b'mod partikolari ddenunzjat restrizzjoni fuq id-dritt tagħha ta' proprjetà li jirriżulta mill-adozzjoni ta' dawn il-miżuri minn dan l-Istat, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva.

17     Il-Kummissjoni ppubblikat fit-18 ta' Novembru 2000 (ĠU C 328, p. 2), skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, il-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva, li wara ġew innotifikati lill-Kummissjoni, skond il-proċedura taħt l-Artikolu 3a(2)

18     Dawn il-miżuri jinkludu partijiet mit-taqsima IV ta' l-Att dwar ix-Xandir 1996 (iktar 'il quddiem il-"liġi dwar ix-xandir ta' l-1996 "), partijiet mir-Regolament 3 annessa mar-Regolamenti tax-Xandir bit-Televiżjoni 2000 (iktar 'il quddiem ir-"regolament tas-sena 2000 dwar ix-xandir bit-televiżjoni"), partijiet mill-Kodiċi fuq l-Isport u Avvenimenti oħra Elenkati ta' l-Indipendent Television Committee (ITC), hekk kif emendat f'Jannar 2000 (iktar 'il quddiem il-"kodiċi ta' l’ITC dwar avvenimenti sportivi u avvenimenti oħra mniżżla fil-lista"), li jinkludu, fl-anness, il-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà magħżula mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-lista ta' servizzi li jagħqdu l-"kundizzjonijiet mitluba" mħabbra fir-Regolament tas-sena 2000 dwar ix-xandir bit-televiżjoni kif ukoll it-tweġibiet bil-miktub tas-Segretarju Parlamentari tal-Kultura, tal-Medja u ta' l-Isport tar-Renju Unit għal żewġ mistoqsijiet parlamentari, bid-dati rispettivi tal-25 ta' Novembru 1997 u tal-25 ta' Ġunju 1998, dwar ir-reviżjoni tal-lista ta' l-avvenimenti sportivi mniżżla taħt it-taqsima IV tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996. Fost dawn l-avvenimenti tinsab il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

19     Fis-7 ta' Diċembru 2000, ir-rikorrenti bagħat ittra lill-Kummissjoni, li fiha jissemma b'mod partikolari dan li ġej:

"inkunlek grat jekk […] tikkonferma li l-Kummissjoni temmet il-proċess ta' verifika skond l-Artikolu 3a [tad-Direttiva], f'dak li jirrigwarda l-lista stabbilita mir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996 u […] li tinfurmana dwar il-kwistjoni ta' dan il-proċess, inklużi eventwali miżuri meħuda mill-Kummissjoni f'dan il-kuntest. Minbarra dan, nixtiequ li jkollna aċċess għad-dokumenti kollha pertinenti."

20     Ir-rikorrenti kompliet issostni t-talba tagħha lill-Kummissjoni permezz ta' ittra tat-22 ta' Diċembru 2000.

21     Permezz ta' ittra tat-22 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni wieġbet lir-rikorrenti kif ġej:

"Fuq livell ġuridiku, skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, il-pubblikazzjoni ta' miżuri hija l-konsegwenza ta' proċedura ta' verifika (pożittiva) effettwata mill-Kummissjoni. Konsegwentament, wieħed ġustament jissupponi li l-proċedura ta' verifika mill-Kummissjoni twettqet u li l-lista tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq hi meqjusa kompatibbli mad-Direttiva."

22     Il-Kummissjoni ehmżet ma' din l-ittra opinjoni tal-kumitat ta' kuntatt tas-6 ta' Ġunju 2000.

 Proċedura

23     Fit-12 ta' April 2001, Kirch Media GmbH & Co. KGaA u KirchMedia WM AG ressqu dan ir-rikors.

24     Permezz ta' ittra tal-5 ta' April 2001, il-Kunsill talab li jintervjeni in sostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.

25     Permezz ta' att separat, iddepożitat mar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-11 ta' Ġunju 2001, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta' inammissibiltà skond l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim' Istanza. Ir-rikorrenti ppreżentat, fis-26 ta' Lulju 2001, l-osservazzjonijiet tagħha dwar din l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà li magħha żiedet, fl-Anness 6, verżjonijiet imnaddfa tal-kuntratti mifthiema mal-FIFA dwar l-għoti ta' drittijiet ta' xandir tal-logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-FIFA għas-snin 2002 u 2006 (ara punt 8 iktar 'il fuq).

26     Permezz ta' ittri ta' l-14 u l-20 ta' Ġunju 2001, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u r-Renju tad-Danimarka, rispettivament, talbu li jintervjenu in sostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Permezz ta' ittri tal-25 ta' Ġunju 2001, ir-Repubblika Franċiża, il-komunità Franċiża tal-Belġju u l-Parlament talbu wkoll li jintervjenu in sostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.

27     Permezz ta' ittra tat-2 ta' Awwissu 2001, ir-rikorrenti ppreżentaw, fil-każ fejn it-talbiet ta' intervent ikunu milqugħa, talba ta' trattament kunfidenzjali, fir-rigward ta' min talab jintervjeni, ta' ċertu partijiet ta' l-Anness 6 ta' l-osservazzjonijiet tiegħu fuq l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà.

28     Fl-osservazzjonijiet tagħhom, iddepożitati mar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza fil-31 ta' Awwissu 2001, ir-rikorrenti talbu lill-Qorti tal-Prim'Istanza li jiċħdu t-talba ta' intervent tal-Komunità Franċiża tal-Belġju u li jikkundannawha tbati l-ispejjeż tat-talba tagħha. Il-partijiet prinċipali ma qajmux oġġezzjonijiet dwar it-talbiet l-oħra ta' l-intervenjenti.

29     Permezz ta' ittra tas-7 ta' Novembru 2001, il-Kummissjoni talbet li tippreżenta xi osservazzjonijiet dwar il-verżjonijiet mnaddfa tal-kuntratti mifthiema mal-FIFA li r-rikorrenti għaddiet, fl-Anness 6 ta' l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà, u talbet permezz ta' ittra tat-12 ta' April 2002, il-produzzjoni tal-verżjonijiet integrali ta' dawn il-kuntratti. It-Qorti tal-Prim'Istanza talbet lir-rikorrenti, permezz ta' ittra ta' l-4 ta' Lulju 2002, li tifformula osservazzjonijiet dwar it-trażmissjoni lill-Kummissjoni tal-verżjonijiet integrali tal-kuntratti ta' liċenzja mifthiema mal-FIFA.

30     Permezz tad-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-11 ta' Marzu 2002, l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà mqajma mill-Kummissjoni ġiet miżjuda mal-merti u l-ispejjeż ġew irriżervati.

31     Il-Qorti tal-Prim'Istanza rċeviet, fit-13 ta' Mejju 2002, il-verżjonijiet sħaħ tal-kuntratti mifthiema mal-FIFA fl-10 ta' Settembru 1996 u fis-26 ta' Mejju 1998.

32     Permezz ta' ittra tad-29 ta' Novembru 2002, ir-rikorrenti talbu, skond l-Artikolu 64(4) tar-Regoli ta' Proċedura, li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tipproduċi xi dokumenti. Permezz ta' ittra ta' l-20 ta' Jannar 2003, il-Kummissjoni talbet li l-Anness 17 tat-talba titneħħa mill-inkartament tal-kawża. Ir-rikorrenti, permezz ta' ittra tas-26 ta' Marzu 2003, ifformulat l-osservazzjonijiet tagħha f'dan ir-rigward.

33     Permezz ta' ittra tal-11 ta' Frar 2003, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza informa lill-partijiet li aktar 'il quddiem kienet ser tittieħed deċiżjoni fuq it-tneħħija ta' l-inkartament tal-kawża.

34     Permezz ta' ittra tas-26 ta' Marzu 2003, Kirch Media GmbH & Co. KGaA irtirat ir-rikors tagħha. Permezz tad-digriet ta' l-24 ta' Ġunju 2003, il-President tal-ħames Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza kkonferma dan l-irtirar.

35     Permezz tad-digriet tad-9 ta' Lulju 2003, il-Qorti tal-Prim'Istanza laqgħat lir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, il-Parlament u l-Kunsill li jintervjenu in sostenn tat-talbiet tad-konvenuta. Min-naħa l-oħra, il-Komunità Franċiża tal-Belġju ma tħallietx tintervjeni. Il-partijiet li tħallew jintervjenu ddepożitaw xi sottomissjonijiet, ħlief ir-Renju tad-Danimarka u l-Kunsill. Ir-rikorrenti ddepożitat xi osservazzjonijiet fuq dawn is-sottomissjonijiet ta' l-intervenjenti.

36     Permezz ta' ittra tad-19 ta' Awwissu 2003, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza stieden lir-rikorrenti jipproduċu l-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tas- sottomissjonijiet tagħhom.

37     Permezz ta' ittra tad-19 ta' Settembru 2003, ir-rikorrenti ppreżentaw talba ta' kunfidenzjalità ta' ċertu elementi tas-sottomissjonijiet tad-difiża.

38     Permezz tad-digriet ta' l-4 ta' Diċembru 2003, il-President tal-ħames Awla tal-Qorti tal-Prim'Istanza iddeċieda li tingħadda lill-partijiet intervenjenti verżjoni mhux kunfidenzjali tal-partijiet kollha tal-proċedura u li dawn ta' l-aħħar jiġu mistiedna jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom f'dan ir-rigward. Il-partijiet intervenjenti ma ddepożitawx osservazzjonijiet fit-terminu li ngħatalhom għal dan il-għan, ħlief għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li ma fformulawx oġġezzjonijiet fuq dan il-punt.

39     Permezz tad-Deċiżjoni tat-13 ta' Settembru 2004 dwar il-kompożizzjoni ta' l-Awli tal-Qorti tal-Prim'Istanza, l-Imħallef relatur ġie assenjat mar-raba' Awla, li konsegwentement, ġiet attribwita lil din il-kawża permezz tad-Deċiżjoni tal-21 ta' Ottubru 2004.

40     Bl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14 tar-Regoli tal-Proċedura u fuq proposta tar-raba' Awla, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, wara li semgħet il-partijiet skond l-Artikolu 51 ta' l-istess Regolament, li tibgħat il-kawża quddiem kulleġġ ġudikanti estiż.

41     Permezz ta' ittra ddepożitata mar-Reġistratur tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2005, ir-Renju tad-Danimarka informa lill-Qorti tal-Prim'Istanza li rtira l-intervent tiegħu. Ir-rikorrenti, il-konvenuta kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma qajmux oġġezzjonijiet fuq it-talba ta' rtirar iddepożitata mir-Renju tad-Danimarka u l-pajjizi l-oħra intervenjenti ma ddepożitawx osservazzjonijiet, il-President tar-raba' Awla estiża, permezz tad-digriet tal-31 ta' Awwissu 2005, ikkonforma l-irtirar tar-Renju tad-Danimarka u ordna lil kull parti li tbati l-ispejjeż tagħha dwar dan l-intervent.

42     Fuq ir-rapport ta' l-Imħallef relatur, il-Qorti tal-Prim'Istanza (ir-raba' Awla estiża) ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura skond l-Artikolu 64(3)(c) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura, stiednet lill-partijiet prinċipali u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq jiddepożitaw ċertu dokumenti u li jqiegħdu bil-miktub domandi lir-rikorrenti u lill-Kummissjoni, billi jistiednuhom iwieġbuhom qabel is-seduta. Ir-rikorrenti, il-konvenuta, kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq irrispondew għal dawn it-talbiet fit-terminu li ingħatalhom.

43     Il-partijiet, ħlief ir-Repubblika Franċiża, instemgħu fis-sottomissjonijiet tagħhom u fir-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza waqt is-seduta tas-7 ta' Lulju 2005.

44     Permezz ta' ittra tat-22 ta' Awwissu 2005, iddepożitata fir-reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza fit-23 ta' Awwissu 2005, ir-rikorrenti talbet li jiżdied ma' l-inkartament dokument, mehmuż ma' din l-ittra, li nkiseb biss wara s-seduta, li ġie prodott mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

 It-talbiet tal-partijiet

45     Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:

–       tannulla parzjalment jew kollha kemm hi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata taħt l-Artikolu 3a tad-Direttiva, dwar il-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq (iktar 'il quddiem l-"att ikkontestat");

–       tiddikjara li l-Artikolu 3a tad-Direttiva huwa inapplikabbli u li m'għandux iservi ta' bażi ġuridika għall-adozzjoni ta' l-att ikkontestat;

–       tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż;

–       tikkundanna lir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, u l-Parlament li jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-interventi tagħhom.

46     Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:

–       tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;

–       sussidjarjament, tiċħad ir-rikors fuq il-mertu;

–       tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

47     Il-Parlament, in sostenn tal-Kummissjoni, titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:

–       tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;

–       sussidjarjament, tiċħad ir-rikors fuq il-mertu.

48     Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, in sostenn tal-Kummissjoni, titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha tiċħad ir-rikors.

49     Ir-Repubblika Franċiża, in sostenn tal-Kummissjoni, titlob lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex jogħġobha:

–       tiċħad ir-rikors;

–       tikkundanna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

 Fid-dritt

A –  Fuq it-talba ta' miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura

50     Fis-sottomissjonijiet tagħħa, ir-rikorrenti talbet li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tipproduċi diversi dokumenti dwar il-proċedura tal-verifika ta' kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

51     Fil-kuntest tal-miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura, skond l-Artikolu 64(3)(c) u (d) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Prim'Istanza talbet lill-Kummissjoni u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li tipproduċi dawn id-dokumenti. Waqt is-seduta, ir-rikorrenti indikat, wara domanda tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li tikkunsidra li ġiet issodisfatta fuq it-talba tagħha li jitressqu d-dokumenti.

52     F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li m'għandhiex iktar għalfejn tiddeċiedi f'dan ir-rigward.

B –  Fuq it-talba ta' tneħħija ta' dokument

53     Il-Kummissjoni, permezz ta' ittra ta' l-20 ta' Jannar 2003, talbet lill-Qorti tal-Prim'Istanza li tirtira mill-proċedimenti dokument prodott mir-rikorrenti fl-Anness 17 tat-talba tagħha minħabba li dan hu dokument, ifformulat mid-Dipartimenti tagħha fid-dawl ta' diskussjoni fi ħdan il-kumitat ta' kuntatt, ta' natura kunfidenzjali. Ir-rikorrenti oġġezzjonat għal tali rtirar.

54     It-talba tal-Kummissjoni tirrigwarda l-irtirar mill-proċedimenti tad-dokument bit-titolu "Dokument ta' ħidma għall-kumitat ta' kuntatt fuq l-Artikolu 3b tad-Direttiva" u bir-riferenza DOC CC TVSF (2000) 6. Madankollu jeħtieġ jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma sostnietx espliċitament li dan hu dokument intern.

55     Barra minn hekk, mistoqsija waqt is-seduta mill-Qorti tal-Prim'Istanza fuq in-natura kunfidenzjali ta' dan id-dokument, il-Kummissjoni indikat li l-kumitat ta' kuntatt, destinatarju ta' dan id-dokument, ma jikkunsidrahx iktar bħala dokument ta' din in-natura u li jista' jkun preżunt li dan, minn dan il-waqt, huwa suġġett għall-pubblikazzjoni.

56     F'dawn iċ-ċirkustanzi, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni xtaqet tikkonferma, waqt is-seduta, it-talba tagħha ta' rtirar ta' dan id-dokument mill-inkartament tal-kawża, ma jistax jiġi kkunsidrat li dan kien jew, għall-inqas, jibqa' dokument intern ta' l-istituzzjoni ta' natura kunfidenzjali.

57     Konsegwentement, hemm lok li tiġi miċħuda t-talba tal-Kummissjoni għall-irtirar mill-inkartament tad-dokument in kwistjoni.

C –  Fuq l-ammissibbiltà

1.     Fuq l-ammissibbiltà ta' l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti

58     Il-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibiltà tar-rikors minħabba, l-ewwel nett, li ma adottatx att li jista' jiġi kkontestat skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, it-tieni nett, li r-rikorrenti la hija direttament u lanqas individwalment ikkonċernata mill-att ikkontestat u, it-tielet nett, billi r-rikorrenti naqqset milli xxandar, bħala anness tat-talba tagħha, il-kopji tal-kuntratti konklużi mal-FIFA fl-10 ta' Settembru 1996 u fis-26 ta' Mejju 1998, ma setgħetx tipprepara d-difiża tagħha.

59     Fir-rigward ta' din it-tielet raġuni għall-inammissibiltà, jeħtieġ jitfakkar li r-rikorrenti ressqet, waqt il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, kopji tal-kuntratti kkontestati (ara l-punti 25 u 31 iktar 'il fuq), li ġew trażmessi lill-Kummissjoni. Interrogata fuq dan il-punt waqt is-seduta, il-Kummissjoni, wara talba tal-Qorti tal-Prim'Istanza, irrinunzjat li tinvoka tali raġuni ta' inammissibbiltà.

60     Minbarra dan, fil-kuntest tad-difiża tagħha u b'konsegwenza għall-preżentata mir-rikorrenti tal-kuntratti miftiehma mal-FIFA fl-10 ta' Settembru 1996 u fis-26 ta' Mejju 1998, il-Kummissjoni kkonstatat li dawn jillimitaw konsiderevolment il-kapaċità tar-rikorrenti li tuża d-drittijiet tagħha li tagħti sottoliċenzji, fuq titolu esklussiv, lix-xandara televiżivi. Hija kkunsidrat li, fir-rigward tal-kontenut ta' ċertu ta' dawn il-kuntratti, mhuwiex ċert li d-dannu li r-rikorrenti tippretendi li twettqilhom jirriżulta mill-att ikkontestat.

61     Jeħtieġ jiġi kkunstatat li l-Kummissjoni ma kkonkludietx mill-allegazzjonijiet tagħha l-ammissibbiltà ta' dan ir-rikors. F'kull każ, sa fejn il-Kummissjoni riedet, permezz ta' dawn l-allegazzjonijiet, li tikkontesta l-interess tar-rikorrenti għall-annullament ta' l-att ikkontestat, jeħtieġ jitfakkar li din ma sostnietx li l-kontenut tal-kuntratti in kwistjoni neħħew lir-rikorrenti minn tali interess u li tali ċirkustanza ma tirriżultax mill-inkartament, fir-rigward, iktar u iktar, tat-tweġiba tar-rikorrenti għad-domandi bil-miktub tal-Qorti tal-Prim'Istanza li jirrigwardaw b'mod partikolari tal-portata tar-restrizzjonijiet kuntrattwali li r-rikorrenti tista' teżerċita tad-drittijiet tagħha li xxandar il-logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA. 

62     Fir-rigward ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, jeħtieġ biss jiġu analizzati l-ewwel u t-tieni raġuni ta' l-inamissibiltà kkontestati mill-Kummissjoni.

a)     Fuq in-natura ġuridika ta' l-att ikkontestat

 Argumenti tal-partijiet

63     Il-Kummissjoni ssostni li, kuntrarjament għall-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva, l-Artikolu 3a(2) ta' l-istess Direttiva ma ssemmix "deċiżjoni" li kellha tadotta. Ir-Repubblika Franċiża indikat, f'dan ir-rigward, li l-Artikolu 3a ma jagħtix kompetenza deċiżjonali lill-Kummissjoni. Ir-rwol tagħha jikkunsisti f'li tipproċedi għal verifika preliminari tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nazzjonali nnotifikati.

64     Għalhekk, billi l-miżuri nazzjonali nnotifikati ma jidhrux jiksru d-dritt Komunitarju, il-Kummissjoni infurmat l-Istat Membru kkonċernat li m'għandhiex l-intenzjoni li topponi ruħha għal dawn il-miżuri u tipproċedi għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali sabiex l-Istati Membri l-oħra jikkonformaw ruħhom skond l-obbligi tagħhom taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. Il-konvenuta u r-Repubblika Franċiża indikaw li, billi dawn il-miżuri jmorru kontra d-dritt Komunitarju u li jissupponu li l-Istat Membru ma jipproċediex għall-modifiki neċessarji, il-Kummissjoni trid bilfors tibda l-proċeduri għal nuqqas skond l-Artikolu 226 KE.

65     Il-konstatazzjoni preliminari li ma hemmx ksur tad-dritt Komunitarju hija, għalhekk, deċiżjoni biex ma titressaqx, mill-ewwel, proċedura għal nuqqas kontra l-Istat Membru kkonċernat. Issa, l-individwi mhumiex awtorizzati jikkontestaw ir-rifjut tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedura għal nuqqas skond l-Artikolu 226 KE, peress li l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' pożizzjoni fuq din id-domanda mhijiex att li tipproduċi effetti ġuridiċi definiti (digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Novembru 1995, Dumez vs il-Kummissjoni, T‑126/95, Ġabra p. II‑2863, punt 37).

66     F'dan ir-rigward ir-Repubblika Franċiża tippreċiża li, skond l-Artikolu 226 KE, id-determinazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi fuq l-Istati Membri u d-deċiżjoni dwar l-imġiba tagħhom għandhom jirriżultaw minn sentenza tal-Qorti biss (sentenza tal-Qorti tat-22 ta' Frar 2001, Gomes Valente, C‑393/98, Ġabra p. I‑1327). Il-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni dwar il-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarja ta' lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà ma tbiddilx is-sitwazzjoni ġuridika ta' l-Istat Membru interessat. Minbarra dan, in-natura ġuridikament obbligatorja tal-lista in kwistjoni, ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali, ma tirriżultax mill-ittra tal-Kummissjoni lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tat-28 ta' Lulju 2000, li tinformahom li dawn il-miżuri huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju, iżda biss tal-liġi nazzjonali. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni tippreċiża li, jekk wieħed jassumi li teżisti deċiżjoni f'dan il-każ, din tirriżulta mill-ittra tat-28 ta' Lulju 2000.

67     Tkun xi tkun il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri nazzjonali nnotifikati, din ma taffettwax it-twettiq tagħhom fl-Istat Membru ta' notifika. Il-Kummissjoni fil-fatt ma tkunx tista' tiddikjara inkompatibbli mad-dritt Komunitarju l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru.

68     Għalhekk il-Kummissjoni tindika li, fl-ittra tagħha tat-28 ta' Lulju 2000 lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, indikat li ma kellhiex l-intenzjoni, "permezz ta' l-elementi li għandha", li toġġezzjona għall-miżuri nnotifikati u li din il-kunsiderazzjoni ma tikkostitwixxix deċiżjoni. F'dan ir-rigward, hi tirrileva li, fl-ipoteżi fejn trid tibda proċeduri ġuridiċi, id-deċiżjoni tagħha trid tiġi adottata mill-kulleġġ tal-membri tal-Kummissjoni u trid tkun motivata. L-ittra tagħha tat-28 ta' Lulju 2000 tkun għalhekk ikkunsidrata l-istess bħal ittra ta' klassifikazzjoni (sentenza tal-Qorti ta' l-10 ta' Lulju 1980, Giry u Guerlain et, 253/78 u 1/79 sa 3/79, Ġabra 2327, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Marzu 1994, Air France vs il-Kummissjoni, T‑3/93, Ġabra p. II‑121, punt 50).

69     Fir-rigward ta' l-obbligu li jippubblikaw fil-Ġurnal Uffiċjali l-ml-miżuri mazzjonali approvati, il-Kummissjoni tikkunsidra li din ma timmodifika bl-ebda mod in-natura ta' l-ittra tagħha tat-28 ta' Lulju 2000. Din il-pubblikazzjoni ma tagħmel xejn ħlief li tavża lill-Istati Membri l-oħra sabiex dawn jikkonformaw ruħhom skond l-obbligi imposti fuqhom taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. Madankollu din tavża li mhijiex l-approvazzjoni provviżorja tagħha tal-miżuri nnotifikati li tagħti bidu għall-obbligu għall-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom ma l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu, iżda direttament dan l-Artikolu mat-termini li jirreferi għall-"avvenimenti li dan l-Istat Membru l-ieħor iddeżinja skond il-paragrafi preċedenti" u mhux ma' l-"avvenimenti li jidhru fuq il-lista ppubblikata mill-Kummissjoni". Kemm in-notifika tal-miżuri in kwistjoni lill-Istati Membri l-oħra kif ukoll il-publikazzjoni ta' dawn il-miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali huma miżuri amministrattivi li bl-ebda mod ma jimplikaw l-eżerċizzju, mill-Kummissjoni, ta' kwalunkwe poter deċiżjonali.

70     F'dan ir-rigward, l-invokazzjoni ta' l-Artikolu 3a(3) tal-"paragrafi preċedenti" u mhux tal-"paragrafu 1", jidher li l-approċċ tar-rikorrenti huwa li tikkunsidra li l-obbligu impost fuq l-Istati Membri huwa subordnat għad-deżinjazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva kif ukoll in-notifika tagħhom u għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3a(2) ta' din id-Direttiva. Madankollu, l-uniku rekwiżit mitlub huwa li l-Istat Membru huwa sodisfatt bl-obbligi ta' deżinjazzjoni u ta' notifika tal-miżuri li jrid iwettaq taħt l-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Direttiva, li huwa kompatibbli ma' l-intenzjoni apparenti tal-leġiżlatur li jistabbilixxi sistema ta' għarfien reċiproka tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri, waqt li jagħtu lill-Kummissjoni r-rwol ta' medjatur. L-interpretazzjoni tar-rikorrenti tagħti b'hekk saħħa ta' restrizzjoni lil sempliċi konstatazzjoni tal-Kummissjoni, li mhijiex ta' natura li jipproduċi effetti ġuridiċi fil-kapijiet ta' l-Istati Membri l-oħra. L-obbligu ta' għarfien reċiproku li jirriżulta mill-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva mhuwiex subordinat għal verifika mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati.

71     Għalhekk, l-Istati Membri l-oħra mhumiex ristretti, minħabba fid-dritt Komunitarju, li japplikaw miżuri ta' Stat Membru inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, minkejja l-pożizzjoni adottata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' dawn il-miżuri. Il-Kummissjoni tirreferi, f'dan il-kuntest, għall-ittra tagħha lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tat-23 ta' Diċembru 1998, li permezz tagħha tqajjem dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-miżuri inizjalment innotifikati mad-dritt Komunitarju. Hija tirrileva wkoll li l-miżuri nazzjonali in kwistjoni ġew ippubblikati fis-Serje K tal-Ġurnal Uffiċjali, u mhux fis-Serje L.

72     Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Parlament, fl-aħħar, issostni li r-rikorrenti ma tikkontestax il-fatt li l-miżuri in kawża setgħu jiġu kkontestati quddiem il-qrati tar-Renju Unit. L-imħallef nazzjonali, fil-kawża li tagħti lok għad-deċiżjoni tal-House of Lords tal-25 ta' Lulju 2001, R vs ITC, ex parte TV Danmark 1 Ltd, [2001] UKHL 42, invokata mir-rikorrenti, kien ikkuntenta ruħu bl-affermazzjoni li ma jiddeċidix fuq il-kwistjoni ta' ekwilibriju bejn l-interessi ta' l-organizzaturi ta' avvenimenti sportivi u tax-xandara televiżivi li jżommu suq ħieles, min-naħa, u l-interess taċ-ċittadin biex ikunu jistgħu jaraw avvenimenti sportivi importanti, min-naħa l-oħra. Madankollu ma affermax li mhux ser jeżamina l-legalità tal-miżuri adottati taħt l-Artikolu 3a tad-Direttiva. Jekk kellu jiġi ppreżentat rikors quddiem il-qrati tar-Renju Unit u li rinviju preliminari lill-Qorti ġie mwettaq taħt l-Artikolu 234 KE, l-ebda parallel ma jista' jiġi stabbilit mir-rikorrenti mal-kawża li tat lok għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Marzu 1994, TWD Textilwerke Deggendorf (C‑188/92, Ġabra p. I‑833). Fil-fatt, fil-kawża, ir-rikorrenti hija eskluża milli tressaq rikors quddiem il-qrati tar-Renju Unit. Iżda, bid-dikjarazzjoni ta' ammissibbiltà tar-rikors preżenti mressaq kontra deċiżjoni allegata tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza tiggarantixxi devjazzjoni proċedurali, bħal dik irrapurtata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha TWD Textilwerke Deggendorf, iċċitata iktar 'il fuq.

73     Skond il-Kummissjoni, mhuwiex kompitu tal-Qorti tal-Prim'Istanza li teżamina l-legalità tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u lanqas li tinterpretahom. Għalhekk huwa ferm diffiċli għal qorti, minbarra dik tar-Renju Unit, li tipproċedi għall-interpretazzjoni ta' dawn il-miżuri, li fosthom b'mod partikolari hemm dispożizzjonijiet tal-kodiċi ta' l-ITC dwar l-avvenimenti sportivi mniżżla fil-lista, fir-rigward tan-nuqqas ta' ċarezza tagħhom.

74     F'dan ir-rigward, il-Parlament jindika li kien permess mar-rikorrenti li tiddefendi d-drittijiet tagħha permezz ta' rinviju preliminari tal-High Court ta' Londra lill-Qorti tal-Ġustizzja [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-10 ta' Diċembru 2002, British American Tobacco (Investments) u Imperial Tobacco, C‑491/01, Ġabra p. I‑11453, punti 32 sa 41].

75     Minbarra dan, il-Parlament iżid li jista' jiġi bl-istess mod stabbilit parallel bejn il-kawża preżenti u l-kawża li tat lok għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2002, Artegodan et vs il-Kummissjoni (T‑74/00, T‑76/00, T‑83/00 sa T‑85/00, T‑132/00, T‑137/00 u T‑141/00, Ġabra p. II‑4945, punt 142, ikkonfermati fl-appell) li minnhom jirriżulta li, fin-nuqqas ta' trasferiment espliċitu tal-kompetenzi lill-Kummissjoni, il-kwistjoni in kawża taqa' fil-kompetenza residwa ta' l-Istati Membri. Huwa jirreferi, f'dan il-kuntest, għall-Artikolu 7 KE, li jgħid li kull istituzzjoni taġixxi fil-limitu ta' dak li huwa attribwit lilha mit-trattat. Issa, ma jirriżultax la mid-Direttiva 89/552 u lanqas mid-Direttiva 97/36 li l-Istati Membri jkunu espliċitament imneħħija mill-kompetenzi tagħhom. B'mod partikolari, l-Artikolu 3a tad-Direttiva ma jagħtix kompetenzi espliċiti lill-Kummissjoni, li ħaġa kkonfermata min-nuqqas ta' kull proċedura ta' komitoloġija. F'dan ir-rigward, id-dmirijiet tal-kumitat tal-kuntatt ma jirrigwardawx il-kompetenzi ta' twettiq tat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 202 KE. Barra dan, la l-ekonomija ġenerali, l-għan prinċipali u l-ifformular ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva, min-naħa, u lanqas l-intenzjonijiet tal-leġiżlatur, min-naħa l-oħra, ma jagħtu lill-Kummissjoni kompetenza deċiżjonali partikolari.

76     Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward ta' dak li ntqal qabel, il-kunsiderazzjonijiet tal-kompatibbiltà tal-miżuri litiġjużi ma jikkostitwixxux att kontestabbli. Billi jsostnu li l-Kummissjoni ma kellix tikkomunika lill-Istati Membri l-oħra l-miżuri nnotifikati u li tippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali, ir-rikorrenti tikkontesta, fir-realtà, il-validità ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva.

77     Ir-rikorrenti toġġezzjona għall-kunsiderazzjonijiet tal-Kummissjoni u tqis, fis-sustanza, li l-att ta' approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri nnotifikati tipproduċi effetti ġuridiċi kemm fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq kif ukoll fl-Istati Memrbi l-oħra.

78     L-att ikkontestat huwa att li jipproduċi effetti ġuridiċi obbligatorji f'dak li jirriżulta mill-eżerċizzju ta' setgħa legali mogħtija, skond proċedura amministrattiva legalment stabbilita u sabiex jinħolqu effetti ġuridiċi ta' natura li jeffettwaw l-interessi tar-rikorrenti billi jimmodifikaw is-sitwazzjoni ġuridika tagħha (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-4 ta' Marzu 1982, Gauff vs il-Kummissjoni, 182/80, Ġabra p. 799, punt 18).

79     L-ewwel nett, hi tirreferi, għall-ifformular ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, li jgħid li huwa mitlub li l-Kummissjoni tadotta, fuq il-kwistjoni tal-verifika tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati, att obbligatorju.

80     It-tieni nett, jirriżulta ċar mill-iskop u l-għan ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, li din id-dispożizzjoni tipproduċi effetti ġuridiċi. Ir-rikorrenti tirreferi, f'dan il-kuntest, għall-premessi 18 u 19 tad-Direttiva 97/36 u tikkonstata li t-twaqqif ta' listi nazzjonali, li fuqhom l-Istati Membri huma inklinati li jinkludu numru kbir ta' avvenimenti, tagħti lil dawn l-Istati li jiffavorixxu x-xandara televiżivi stabbiliti fuq it-territorju tagħhom.

81     It-tielet nett, jirriżulta mill-proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva 89/552 li din twassal għall-adozzjoni ta' deċiżjoni li tipproduċi effetti obbligatorji. Ir-rikorrenti tirreferi, f'dan ir-rigward, għat-termini fil-kuntest ta' din il-proċedura kif ukoll għall-iżvilupp tagħha.

82     Minbarra dan, ir-rikorrenti jsostni li la l-ifformular u l-iskop ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva lanqas il-kunsiderazzjonijiet dwar id-Direttiva 97/36 ma jsostnu l-argumenti tal-Kummissjoni, li jgħid li l-att adottat min din huwa simili għal rifjut li tinbeda proċedura ta' nuqqas taħt l-Artikolu 226 KE. Din il-proċedura timponi, fil-fatt, lill-Kummissjoni li taġixxxi fil-kwalità ta' arbitru u li tadotta deċiżjoni definittiva fuq il-legalità tal-miżuri nnotifikati. Tali deċiżjoni ma tkunx irtirata mingħajr ma taffettwa l-pożizzjoni ġuridika tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u dik tal-persuni kollha li jkollhom dritt mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' dawn il-miżuri u ta' l-għarfien reċiproku tagħhom. Ir-rikorrenti żżid li t-teżi tal-Kummissjoni tneħħi l-effett utli fuq il-proċedura msemmija l-Artikolu 3a tad-Direttiva.

83     Ir-rikorrenti bl-istess mod issostni li l-att ikkontestat jipproduċi effetti ġuridiċi fl-Istati Membri l-oħra, li huma obbligati li jirrispettaw il-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq mix-xandara televiżivi taħt il-kompetenza tagħhom, skond l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. Fil-fatt, fin-nuqqas ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-miżuri nnotifikati, dawn ma jipproduċu l-ebda effett ġuridiku fl-Istati Membri l-oħra. Kull interpretazzjoni oħra tneħħi l-effett utli minn fuq il-proċedura prevista fl-Artikolu 3a(2) u tkun kuntrarja għall-iskop ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva, li huwa li tikkonċilja l-moviment ħieles tas-servizzi televiżivi u tal-bżonn li timpedixxi li eventwalment jiġu evitati minn miżuri nazzjonali li jkollhom l-iskop li jipproteġu interess ġenerali leġittimu.

84     Fl-aħħar ir-rikorrenti ssostni li jirriżulta mill-inkartament li l-għarfien reċiproku huwa kkundizzjonat mill-kontroll mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà, tal-miżuri nnotifikati, mad-dritt Komunitarju u li ma jirriżultax awtomatikament min-notifika tagħhom.

 Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

85     Fit-talba tiegħu, ir-rikorrenti talab l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddisponi, min-naħa, li l-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju u li jipprevedu, min-naħa l-oħra, li l-miżuri jridu jkunu kkomunikati lill-Istati Membri l-oħra b'mod li x-xandara televiżivi li huma kompetenti jikkonformaw ruħhom. Hija tippreċiża, f'dan ir-rigward, li l-uniku dokument aċċessibbli għall-pubbliku huwa l-pubblikazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, skond l-Artiklu 3a(2) tad-Direttiva, fil-Ġurnal Uffiċjali tat-18 ta' Novembru 2000, tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

86     Flimkien ma' l-eċċezzjoni tagħha ta' inammissibiltà, il-Kummissjoni madankollu pproduċiet ittra lid-direttur ġenerali tad-DĠ "Edukazzjoni u kultura", bid-data tat-28 ta' Lulju 2000, li biha tinforma lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li, wara l-eżami ta' konformità tal-miżuri nnotifikati fil-5 ta' Mejju 2000 u meta jiġu kkunsidrati l-elementi tal-fatti disponibbli f'dak li jirrigwarda x-xena tat-televiżjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, il-Kummissjoni Ewropea mhux bi ħsiebha tikkontesta dawn il-miżuri u tipproċedi għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali (ara l-punt 15 iktar 'il fuq). Il-Kummissjoni indikat f'dan ir-rigward li, jekk wieħed jissupponi li adottat deċiżjoni fil-kuntest preżenti, quod non, din tirrigwarda din l-ittra (ara punt 66 iktar 'il fuq).

87     F'dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ jiġi kkunsidrat li l-ittra tat-28 ta' Lulju 2000 hija, fis-sustanza, l-att ikkontestat fil-kawża, peress li dan huwa l-uniku dokument li jinforma espliċitament lir-Renju tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq il-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri li nnotifika u tal-pubblikazzjoni li jmiss ta' dawn il-miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali. Waqt is-seduta, ir-rikorrenti mill-ewwel indika, bi tweġiba għal domanda tal-Qorti ta' Prim'Istanza, li r-rikors tiegħu, fir-realtà, ifittex l-annullament ta' din l-ittra tal-Kummissjoni lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

88     Għalhekk jeħtieġ li wieħed jistqasi lilu nnifsu fuq in-natura ta' l-att ikkontestat ta' l-ittra tal-Kummissjoni lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tat-28 ta' Lulju 2000 (iktar 'il quddiem l-"ittra kkontestata").

89     Skond ġurisprudenza kostanti, jikkostitwixxu atti jew deċiżjonijiet suxxettibbli li jkunu suġġetti ta' rikors għal annullament, skond l-Artikolu 230 KE, dawk il-miżuri li jipproduċu effetti ġuridiċi obbligatorji ta' natura li jeffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jibdlu b'mod karatterizzat is-sitwazzjoni ġuridika tiegħu. Il-forma li fiha atti jew deċiżjonijiet huma meħuda hija, fil-prinċipju, irrilevanti għal dak li jirrigwarda l-possibbiltà li jattakkaw permezz ta' rikors għall-annullament (sentenza tal-Qorti tal-11 ta' Novembru 1981, IBM vs il-Kummissjoni, 60/81, Ġabra p. 2639, punt 9, u s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Frar 2000, Stork Amsterdam vs il-Kummissjoni, T‑241/97, Ġabra p. II‑309, punt 49). Biex tiddetermina jekk att ikkontestat jipproduċix tali effetti, jeħtieġ, fil-fatt, li tfittex is-sustanza tiegħu (sentenza tal-Qorti tat-22 ta' Ġunju 2000, l-Olanda vs il-Kummissjoni, C‑147/96, Ġabra p. I‑4723, punti 25 sa 27).

90     Sabiex tapprezza, fid-dawl tal-prinċipji hawn fuq imsemmija, in-natura ġuridika ta' l-ittra kkontestata u li tiddetermina jekk din tipproduċix effetti ġuridiċi, jeħtieġ li tiġi eżaminata fid-dawl ta' l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà stabbiliti mill-Artikolu 3a tad-Direttiva.

91     F'dan ir-rigward, irid jitfakkar li d-Direttiva hija intiża biex tiffaċilita l-libertà ta' moviment ta' programmi televiżivi fi ħdan il-Komunità Ewropea waqt li tieħu in kunsiderazzjoni ta' l-ispeċifiċitajiet, b'mod partikolari dawk kulturali u soċjoloġiċi, tal-programmi awdjoviżivi.

92     Peress li huwa qasam speċifiku ta' drittijiet televiżivi ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà, stabbiliti mill-Artikolu 3a tad-Direttiva, jirriżulta mill-premessa 18 tad-Direttiva 97/36 li huwa essenzjali li l-Istati Membri huma kapaċi jieħdu miżuri intiżi biex jipproteġu d-dritt għall-informazzjoni u jiżguraw aċċess kbir tal-pubbliku għax-xandir bit-televizjoni mill-ġdid ta' avvenimenti nazzjonali jew le, ta' importanza kbira għas-soċjetà. F'dan il-kuntest, huwa previst li l-Istati Membri jżommu d-dritt li jieħdu miżuri, kompatibbli mad-dritt Komunitarju, sabiex jirregolaw l-eżerċizzju, mix-xandara televiżivi kompetenti, tad-drittijiet esklussivi ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' tali avvenimenti. Sabiex jingħataw għarfien reċiproku mill-Istati Membri l-oħra skond l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva, il-miżuri meħuda jew previsti minn Stat Membru jridu jkunu nnotifikati lill-Kummissjoni.

93     L-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva jipprevedi, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tivverifika, f'terminu ta' tliet xhur wara n-notifika, li dawn il-miżuri huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju. Fl-okkażżjoni ta' din il-verifika, hija tikkonsulta l-kumitat ta' kuntatt, li joħroġ avviż.

94     F'din il-kawża, l-ittra kkontestata tinforma, fis-sustanza, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq b' ta' l-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-miżuri li nnotifikatilha u tal-pubblikazzjoni sussegwenti tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali, li tagħlaq il-proċedura ta' verifika li l-Kummissjoni ssegwi taħt l-Artikolu msemmi. Il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' dawn il-miżuri approvati mill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri, kif tikkonstata l-istess Kummissjoni fil-kuntest tas-sottomissjonijiet tagħha (ara l-punt 69 iktar 'il fuq), li tieħu konjizzjoni u, għaldaqshekk, li tkun tista' tikkonferma l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva, fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku ta' dawn il-miżuri stabbiliti minn dan l-Artikolu.

95     L-ittra kkontestata għalhekk tipproduċi effetti ġuridiċi fil-kap ta' l-Istati Membri fil-miżura fejn tipprevedi l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-miżuri statali in kawża, din il-pubblikazzjoni jkollha bħala effett li tagħti bidu għall-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku previst fl-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva.

96     L-ewwel nett, din l-analiżi tirriżulta mill-ittra ta' l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva li jipprevedi għarfien reċiproku tal-miżuri meħuda mill-Istati Membri sabiex jiżguraw il-libertà ta' aċċess tal-pubbliku għal avvenimenti deżinjati "skond il-paragrafi preċedenti", jiġifieri, b'mod partikolari, dawk li għalihom il-miżuri ta' l-istat innotifikati huma kkunsidrati kompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Kummissjoni u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, skond il-paragrafu (2) ta' l-istess Artikolu.

97     Minbarra dan, waqt il-kors tal-proċedura ta' verifika kif deskritt kif deskritta fl-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva kif ukoll l-intensità ta' din il-verifika tmur kontra dak li huwa kkunsidrat bħala verifika "preliminari" li jgħid li jingħata "avviż". Fil-fatt, min-naħa, il-Kummissjoni hija mistennija tipproċedi għal din il-verifika f'terminu strett ta' tliet xhur min-notifika tal-miżuri mill-Istat Membru kkonċernat u trid, għal dan il-għan, tikkonsulta l-kumitat ta' kuntatt li min-naħa tiegħu joħroġ avviż, skond dak li joħroġ mill-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni rrikonoxxiet, waqt is-seduta, li trid tipproċedi għal eżami fil-fond tal-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mad-dritt Komunitarju, peress li l-Kummissjoni b'mod partikolari trid tiżgura r-rispett tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva kif ukoll tar-regoli dwar il-libertà ta' moviment ta' servizzi u tad-dritt tal-kompetizzjoni.

98     It-tieni nett, fir-rigward ta' l-ekonomija ta' l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà stabbilita fl-Artikolu 3a tad-Direttiva, ma jistax jiġi kkunsidrat, kif tippretendi l-Kummissjoni, li mhijiex la l-approvazzjoni ta' dawn il-miżuri lanqas il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali li tagħti bidu għall-obbligu għall-Istati Membri li jikkonformaw ruħhom ma' l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva.

99     Fil-fatt, min-naħa, il-proċedura ta' kontroll li taqa' fuq il-Kummissjoni taħt l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva hija intiża li tiżgura l-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mad-dritt Komunitarju (premessa 18 tad-Direttiva 97/36).

100   F'dan ir-rigward, waqt il-kors tal-proċedura ta' verifika tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, il-Kummissjoni, fl-ittra tagħha tat-23 ta' Diċembru 1998 (ara punt 12 iktar 'il fuq), b'mod partikolari indikat dan li ġej:

"Għandek issib anness ir-riżultat provviżorju ta' l-eżami mid-Dipartimenti tal-Kummissjoni tal-miżuri nnotifikati […] il-Kummissjoni tikkonkludi li, fl-istennija ta' preċiżazzjonijiet wiesa' min-naħa ta' l-awtoritajiet tagħkom fuq numru ta' kwistjonijiet importanti, hija mhijiex f'pożizzjoni li tibda kapaċi formalment il-proċedura ta' verifika tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri li għalihom ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq jitlob għarfien reċiproku mill-Istati Membri l-oħra."

101   Madankollu, l-istess termini ta' din l-ittra li joħorġu mill-Kummissjoni jikkonfermaw l-interpretazzjoni ta' l-AArtikolu 3a(2) u (3) tad-Direttiva esposti fil-punti 98 u 99 iktar 'il fuq, li jgħid li l-għarfien reċiproku tal-miżuri nazzjonali nnotifikati huma subordinati għall-verifika tal-kompatibbiltà ta' dawn mad-dritt Komunitarju.

102   Minbarra dan, il-verifika tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-tal-miżuri nnotifikati, li għalihom l-Kummissjoni hija marbuta, hija mingħajr effett jekk l-approvazzjoni ta' dawn il-miżuri ma tikkundizzjonax l-għarfien reċiproku tagħhom mill-Istati Membri l-oħra. Fil-fatt, li tissupponi li l-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku jista' jikkonċerna miżuri nazzjonali kkunsidrati mill-Kummissjoni li huma inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, l-eżistenza ta' riskji ta' inċertezza ġuridika u ta' distorsjoni tas-suq ma jistax jkun evitat, meta tali riskji huma pprojbiti fil-premessa 19 tad-Direttiva 97/36. L-għarfien reċiproku tal-miżuri nazzjonali inkompatibbli mad-dritt Komunitarju ma jippermettix vantaġġi li jiżguraw il-konċiljazzjoni tal-libertà ta' moviment tas-servizzi televiżivi u tal-bżonn li jipprojbixxu li eventwalment jiddawwru l-miżuri nazzjonali intiżi biex jipproteġu interess ġenerali leġittimu, kif huwa bl-istess mod previst mill-premessa 19 ta' din id-Direttiva.

103   Min-naħa l-oħra, il-fatt li l-pubblikazzjoni ta' miżuri nazzjonali fil-Ġurnal Uffiċjali li jippermetti lill-Istati Membri l-oħra li jsiru jafu sabiex jikkonformaw ma' l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 3a(3), jista' jseħħ biss wara li l-Kummissjoni, f'għeluq il-verifika, tikkonstata l-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Komunitarju, huwa kkoroborat minn diversi elementi ta' l-inkartament.

104   L-ewwel nett, l-iżvilupp tal-proċedura ta' verifika tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq jirrinfurzaw din l-interpretazzjoni. Fil-fatt, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq innotifika għall-ewwel darba miżuri lill-Kummissjoni fil-25 ta' Settembru 1998 u, wara jrid jingħad li, permezz ta' l-ittra tat-23 ta' Diċembru 1998, il-Kummissjoni informatha li ċertu aspetti ta' dawn il-miżuri jikkawżaw problemi ta' kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju. Permezz ta' ittra tal-5 ta' Mejju 2000, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq innotifika verżjoni emendata ta' dawn il-miżuri. Madankollu, dawn l-aħħar miżuri biss, iġġudikati inkompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Kummissjoni, kienu suġġett ta' pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, wara li l-Kummissjoni avżat lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq permezz ta' l-ittra kkontestata tal-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Komunitarju.

105   Fl-ittra tagħha tat-22 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni għalhekk irrispondiet lill-Kummissjoni li "fuq il-pjan ġuridiku, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, il-pubblikazzjoni tal-miżuri [kienet] il-konsegwenza ta' verifika (pożittiva) effettwata mill-Kummissjoni" (ara l-punt 21 iktar 'il fuq).

106   It-tieni nett, il-pożizzjoni tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward huwa kkonfermat min numru ta' dokumenti annessi ma' l-inkartament u li tagħhom hija l-awtriċi. B'hekk, fuq il-paġna tas-sit internet tagħha dwar l-Artikolu 3a tad-Direttiva, imressqa mir-rikorrenti b'anness ta' l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjoni ta' innammissibiltà, il-Kummissjoni tindika li," fil-każ ta' riżultati pożittivi ta' din l-evalwazzjoni [tal-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Komunitarju], il-miżuri jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali". Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni toħroġ bl-istess mod mid-dokument ta' ħidma tagħha CCTVSF (97) 9/3, prodott fuq it-talba tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li jgħid li huwa muri li "din l-eżiġenza ta' ċertezza ġuridika tagħmilha neċessarja li l-kompatibbilità mad-dritt Komunitarju tal-miżuri in kawża jiġu stabbiliti skond proċedura mħaffa ta' eżami u li – f'każ ta' riżultat pożittiv – dawn il-miżuri jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali" jew li "toħroġ minn dak li ntqal qabel li l-miżuri nazzjonali speċifiċi biss, li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 3a(1) […] jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta' notifikazzjoni lill-Kummissjoni minħabba fl-eżami tagħhom u tal-pubblikazzjoni eventwali tagħhom" jew ukoll li "fil-każ ta' riżultat pożittiv tal-proċedura ta' eżami, il-miżuri in kawża jiġu ppubblikati fil-[Ġurnal Uffiċjali]".

107   Jirriżulta minn dak kollu li ntqal qabel li l-Kummissjoni għandha, skond l-AArtikolu 3a(2) tad-Direttiva, ta' setgħa deċiżjonali u li l-ittra kkontestata tipproduċi effetti ġuridiċi definittivi, mingħajr ma' din il-konstatazzjoni tista' tiġi kkontradetta mill-fatt li l-Artikolu 3a tad-Direttiva 89/552 ma tirreferix espressament għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' "deċiżjoni".

108   L-argument tal-Kummissjoni u tar-Repubblika Franċiża li jgħid li l-ittra kkontestata hija deċiżjoni li ma tintroduċix fil-futur qarib proċedura ta' nuqqas kontra l-Istat Membru kkonċernat hija għalhekk skartata. F'kull każ li tissupponi li l-Kummissjoni kkonstatat l-inkompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' miżuri nnotifikati u li l-Istat Membru nnotifikat ma għamilx tajjeb għal din l-inkompatibbiltà, huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li ma jippubblikax dawn il-miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali sa kemm huma mingħajr effett fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku stabbilit permezz ta' l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva.

109   Fir-rigward ta' l-argument li jgħid li huwa permess lir-rikorrenti li tikkontesta l-miżuri in kawża quddiem il-qrati tar-Renju Unit, fl-ebda mument ma jista' jimxi 'l quddiem mill-mument li l-istħarriġ li għalih hija mitluba l-Qorti tal-Prim'Istanza fil-każ in kwistjoni li tirrigwarda biss il-legalità tal-konstatazzjoni mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' dawn il-miżuri għat-twettiq tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku ta' l-avvenimenti ta' importanza kbira stabbiliti permezz ta' l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. L-invokazzjoni, f'dan il-kuntest, tad-deċiżjoni tal-House of Lords, R vs ITC, ex parte TV Danmark 1 Ltd [2001] UKHL 42 (iċċitata iktar 'il fuq) mhijiex pertinenti, peress li r-rikors in kwistjoni f'din il-kawża ġie introdott minn xandar televiżiv Daniż, li joħroġ mid-dritt tar-Renju Unit, kontra d-deċiżjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat Membru li jirrifjutawlu li jikseb drittijiet esklussivi ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' ħames logħbiet ta' kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA li jidhru fuq il-lista ta' l-avvenimenti l-iktar importanti għas-soċjetà ddiżenjati mir-Renju tad-Danimarka. Is-suġġett ta' din il-kawża għaldaqstant ifittex li jikkontesta l-applikazzjoni, mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, skond il-prinċipju ta' l-għarfien reċiproku, ta' miżuri Daniżi u mhux bħal fil-każ in kwistjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà tagħhom mad-dritt Komunitarju.

110   Fl-aħħar, l-argument tal-konvenuta li jgħid li l-fatt li ma bdietx proċeduri ġuridiċi huwa kkonfermat min-natura ta' l-ifformular użat fl-ittra kkontestata, permezz tan-nuqqas ta' adozzjoni ta' deċiżjoni motivata mill-kulleġġ tal-membri tal-Kummissjoni u bl-għażla li tipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' miżuri nnotifikati meqjusa bħala kompatibbli mad-dritt Komunitarju fis-serje K "Komunikazzjonijiet u informazzjoni" u mhux fis-serje L "Leġiżlazzjoni" tal-Ġurnal Uffiċjali jrid bl-istess mod ikun skartat. Huwa biżżejjed li jitfakkar li, minħabba fi ġurisprudenza kostanti, il-forma li fiha l-atti jew deċiżjonijiet huma meħuda huwa, fil-prinċipju, irrilevanti f'dak li jirrigwarda l-possibiltà li jkunu attakkati minn rikors għal annullament u li taqbad mas-sustanza tagħhom biex tiddetermina jekk jikkostitwixxux atti kkontestabbli skond l-Artikolu 230 KE (ara l-punt 89 iktar 'il fuq).

111   Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet ta' dritt u ta' fatt preċedenti li l-ittra kkontestata pproduċiet effetti ġuridiċi obbligatorji u kkostitwiet deċiżjoni skond l-Artikolu 249 KE. Għaldaqstant, l-ittra kkontestata hija att kontestabbli skond l-Artikolu 230 KE, l-iskop preżenti ta' inammissibiltà trid tkun miċħuda.

b)     Fuq il-kwalità ta' l-aġir tar-rikorrenti

112   Skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE, kull persuna fiżika jew legali tista’ tippreżenta rikors kontra d-deċiżjonijiet li għalkemm ittieħdu fil-forma ta’ deċiżjoni indirizzata lil xi persuna oħra, tirrigwardahom direttament u individwalment.

113   Fil-kawża, peress li l-Kummissjoni teċċepixxi l-inammissibiltà tar-rikors għax m'hemmx il-kwalità tar-rikorrenti li jaġixxi, hemm lok li jiġi determinat jekk ir-rikorrenti huwa direttament jew individwalment ikkonċernat permezz ta' l-ittra kkontestata.

 Fuq il-punt dwar jekk ir-rikorrenti hijiex direttament ikkonċernata

–       Argumenti tal-partijiet

114   Il-Kummissjoni, sostnuta mir-Repubblika Franċiża, tirrferi għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Mejju 1998, Dreyfus vs il-Kummissjoni (C‑386/96 P, Ġabra p. I‑2309), kif ukoll għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2000, DSTV vs il-Kummissjoni (T‑69/99, Ġabra p. II‑4039, punt 24).

115   Hi tqis li, fil-kawża, is-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti tar-rikorrenti ma ġietx effettwata, meta kkunsidrat li kemm id-Direttiva kif ukoll il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja dwar id-drittijiet u l-obbligi tax-xandara televiżivi biss u li dawn ma jistgħux jittrażmettu b'mod dirett avveniment li huwa fuq il-lista ħlief b'ċertu kundizzjonijiet. Ir-rikorrenti jiddaħħal f'konsegwenzi ekonomiċi indiretti ta' dawn l-obbligi, li huma marbuta mar-riskju li x-xandara televiżivi jirrifjutaw li jħallsu prezz daqshekk elevat minn dak li raħħset biex iċċedi s-sottoliċenzji tad-drittijiet tagħha ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' logħbiet tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

116   Minbarra dan, il-Kummissjoni tqis li ċertu dispożizzjonijiet tal-liġi biss dwar ix-xandir ta' l-1996, meta jinqraw flimkien mal-kodiċi ta' l-ITC dwar l-avvenimenti sportivi u kitbiet oħra fuq il-lista, direttament effettwaw lir-rikorrenti. Ir-Repubblika Franċiża tindika, f'dan ir-rigward, li l-effetti li sofriet ir-rikorrenti ma joħorġux mill-ittra kkontestata, iżda mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit, li taħthom tidher lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. Madankollu, minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika tagħha hija ċara mid-dħul fis-seħħ tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996, il-lista ta' avvenimenti kienu ġa stabbiliti u jinkludu l-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, ir-rikorrenti qatt ma kkontestat il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit jew il-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà stabbilita mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

117   F'dan ir-rigward, bl-adozzjoni tal-miżuri kkontestati, l-awtoritajiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ikunu eżerċitaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom ta' leġiżlatur kollha kemm hi. L-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva fil-fatt tagħti, lill-Istati Membri l-possibbiltà li jadottaw miżuri dwar l-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. F'dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati, il-Kummissjoni u l-Parlament isostnu li huwa paragunabbli mal-proċedura prevista fl-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva, li fuq dan is-suġġett il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċiediet li rikorrent mhuwiex direttament effetwat mill-att adottat mill-Kummissjoni fuq dan il-mertu (sentenza DSTV vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 26 u 27).

118   Il-Kummissjoni tindika li, fil-kawża, hi waslet għall-kunsiderazzjonijiet tagħha dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq mad-dritt Komunitarju wara l-adozzjoni tagħhom u li biss dawn il-miżuri effettwaw direttament l-interessi ekonomiċi tar-rikorrenti.

119   Hija toġġezzjoni għall-allegazzjonijiet tar-rikorrenti li jgħidu li l-pubblikazzjonijiet tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq fil-Ġurnal Uffiċjali kellu bħala konsegwenza li jimponi obbligi fuq l-Istati Membri l-oħra. F'kull każ, din iċ-ċirkustanza ma tfissirx li r-rikorrenti hija direttament ikkonċernata mill-att ikkontestat. Fil-fatt, l-Istati Membri l-oħra jridu jiżguraw li x-xandara televiżivi kompetenti jirrispettaw il-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà stabbiliti mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, iżda jagħmlu dan billi japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħhom. B'hekk, it-twettiq tal-kunsiderazzjonijiet imressqa mill-Kummissjoni fuq il-kompatibbiltà tal-miżuri nnotifikati mhuwiex "purament awtomatiku" u ma jirriżultax mir-regolamenti Komunitarji biss.

120   Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tqis li, anki jekk il-verifika preliminari tal-miżuri nnotifikati jwasslu lill-Istati Membri l-oħra li jiżguraw li x-xandara televiżivi kompetenti jirrispettaw il-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà, din tibqa' mingħajr effett f'dan il-każ. Fil-fatt, ma jistax jiġi maħsub li r-rikorrenti tagħti sottoliċenzji tad-drittijiet televiżivi li jirrigwardaw ir-Renju Unit lil xandara televiżivi mhux stabbiliti fir-Renju Unit, dawn id-drittijiet huma mogħtija fuq bażi nazzjonali. Fuq livell nazzjonali, id-dħul tax-xandara televiżivi jaslu mir-riklami mmirati lejn pubbliku nazzjonali, mid-dħul mil-liċenzji nazzjonali jew ta' l-abbonamenti nazzjonali mat-televiżjoni bi ħlas. Peress li l-interess ta' dawn ix-xandara huwa għalhekk li jipprovdu trażmissjonijiet lill-pubbliku nazzjonali, huma biss dawk li jirrigwardaw parti kbira tal-popolazzjoni nazzjonali li lesti jixtru, għal prezz ferm għoli, id-drittijiet tax-xandir bit-televiżjoni li tagħha r-rikorrenti hija s-sid. Għaldaqstant, peress li s-sottoliċenzji potenzjali ta' tali drittijiet għar-Renju Unit huma xandara ta' kompetenza ta' l-awtoritajiet tar-Renju Unit, huma biss il-miżuri nazzjonali li jaffettwaw direttament lir-rikorrenti.

121   Il-Kummissjoni turi, f'dan il-kuntest, li, fir-Renju Unit tal-Gran Brittanja, is-suq ta' xandir bit-televiżjoni huwa wieħed mill-iktar kompetittivi fl-Ewropa u li 25% tax-xandara televiżivi li jaħdmu fis-settur għandhom liċenzja fir-Renju Unit.

122   F'dawn iċ-ċirkustanzi, ammess ukoll li l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-miżuri nnotifikati taw bidu għall-obbligu għall-Istati Membri l-oħra li jirrispettaw l-obbligu impost fuqhom taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva, din iċ-ċirkustanza tibqa' irrilevanti f'dan il-każ.

123   Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-verifika u l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma jikkonċernawx direttament ir-rikorrenti.

124   Ir-rikorrenti tikkontestata l-argumenti kollha tal-Kummissjoni.

125   Fis-sustanza, hi ssostni li s-sitwazzjoni ġuridika hija direttament effettwata, peress li l-miżuri tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq approvati mill-ittra kkontestata jipproduċu effetti fuq il-kundizzjonijiet li fihom tista' terġa tbiegħ id-drittijiet ta' xandir dirett tal-logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għar-Renju Unit. F'dan ir-rigward hija tirreferi għall-Artikoli 99 u 101 tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996.

126   F'dak li jirrigwarda l-effetti fi Stati Membri oħra, ir-rikorrenti tallega li l-ittra kkontestata timponilhom li permezz tax-xandara televiżivi tagħhom jirrispettaw il-miżuri in kwistjoni. F'dan ir-rigward, l-obbligi imposti fuq ix-xandara televiżivi li huma kompetenza ta' Stati Membri oħra jkunu awtomatiċi u jirriżultaw biss mir-regolamentazzjoni Komunitarja, mingħajr l-applikazzjoni ta' regoli oħra intermedjarji. Dawn l-Istati mhumiex fil-fatt mistennija li jiżguraw li x-xandara televiżivi kompetenti jkunu skond il-miżuri adottati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tant li l-Kummissjoni ma adottatx id-deċiżjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà tal-miżuri nnotifikati mad-dritt Komunitarju. Għalhekk, l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva li t-traspożizzjoni tiegħu seħħet fil-liġi interna tal-parti l-kbira ta' l-Istati Membri u tapplika awtomatikament għall-miżuri nazzjonali kollha nnotifikati li ġew approvati u ppubblikati mill-Kummissjoni.

127   Ir-rikorrenti, min-naħa tagħha, hija pprojbita milli ċċedi liċenżja esklussiva ta' użu tad-drittijiet tagħha lix-xandara televiżivi bbażati fi Stat Membru ieħor u l-Kummissjoni tista' validament tippretendi, f'dawn il-kundizzjonijiet, li l-ittra kkontestata tipproduċi effetti ġuridiċi fir-rigward tax-xandara televiżivi.

128   Ir-rikorrenti bl-istess mod tqis, kuntrarjament għal dak li allegat il-Kummissjoni, fis-sentenza DSTV vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq (punt 27), dwar l-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva, mhijiex applikabbli f'dan il-każ, peress li l-miżuri ġew innotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. B'hekk, ikun impossibbli li tikkunsidra li l-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq eżistew indipendentament mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, peress li l-eżistenza tagħhom tiddependi mill-ħruġ tal-verifika li għaliha din ta' l-aħħar trid tipproċedi.

129   Fl-aħħar, ir-rikorrenti topponi l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li mhuwiex plawżibbli li xandara televiżivi mhux stabbiliti fir-Renju Unit ikun irid jikseb drittijiet ta' xandir dirett u fir-Renju Unit ta' logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

–       Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

130   Skond ġurisprudenza kostanti, sabiex tirrigwarda direttament persuna, skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu KE, l-att Komunitarju intrapriż irid jipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika ta' l-interessat u t-twettiq tiegħu jrid ikollu natura purament awtomatika u jirriżulta biss mir-regolamentazzjoni Komunitarja, mingħajr l-applikazzjoni ta' regoli oħra intermedjarji (ara s-sentenza Dreyfus vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 43, u tal-ġurisprudenza iċċitata).

131   Fil-każ in kwistjoni, sabiex tiddetermina, fid-dawl ta' din il-ġurisprudenza, jekk ir-rikorrenti hijiex direttament ikkonċernata mill-ittra kkontestata, jeħtieġ jiġu eżaminati ż-żewġ ipoteżi previsti mir-rikorrenti, biex isir magħruf dik li fiha d-drittijiet ta' trażmissjoni bit-televiżjoni tal-logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, li tagħha hija għandha d-drittijiet għas-snin 2002 u 2006, huma mibjugħa, għat-trażmissjoni mill-ġdid tagħhom fir-Renju Unit, lix-xandar televiżiv kompetenti fir-Renju Unit u dik li fiha d-drittijiet huma mibjugħa lix-xandar stabbilt fi Stat Membru ieħor.

132   F'dak li jirrigwarda l-ewwel ipoteżi, ir-rikorenti allegat li l-miżuri nnotifikati "jattakkaw l-istess bażi tas-suq tal-prodotti [tagħha] għand il-klijenti tagħha bbażati fir-Renju Unit". Fil-fatt, sabiex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit, ir-rikorrenti ma tistax tagħti lil stazzjon televiżiv stabbilit fir-Renju Unit liċenzja b'titolu esklussiv.

133   Fl-istess waqt, jekk wieħed jissupponi li x-xandara televiżivi fil-każ huma stabbiliti fir-Renju Unit, jeħtieġ jiġi kkonstatat li dawn huma l-miżuri stess meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq li huma direttament applikabbli, billi l-approvazzjoni mill-Kummissjoni ta' dawn il-miżuri għal skopijiet ta' għarfien reċiproku huma bla effett fuq l-applikabbiltà f'dan l-Istat Membru.

134   Wara kollox, jeħtieġ jitfakkar, li skond l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni kull miżura meħuda jew prevista. Madankollu, fil-kawża, il-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq daħlu fis-seħħ qabel in-notifikazzjoni tagħhom lill-Kummissjoni fil-5 ta' Mejju 2000, kif ikkonfermat din ta' l-aħħar waqt is-seduta, u għalhekk jistgħu minn issa jipproduċu effetti ġuridiċi f'dan l-Istat fil-mument tan-notifika tagħhom.

135   Il-Kummissjoni, permezz ta' l-ittra kkontestata, ma setgħatx, f'dawn iċ-ċirkustanzi, tagħti lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq awtorizzazzjoni preliminari li tadotta dawn il-miżuri. Iktar u iktar il-Kummissjoni ma awtorizzatx iż-żamma retroattiva ta' dawn il-miżuri għall-applikazzjoni tagħhom fir-Renju Unit (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-23 ta' Novembru 1971, Bock vs il-Kummissjoni 62/70, Ġabra p. 897), iżda ppermettiet lil dan l-Istat li jibbenefika mill-għarfien ta' dawn il-miżuri mill-Istati Membri l-oħra.

136   F'dan ir-rigward, l-argument tar-rikorrenti li joħroġ mill-fatt li r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq innotifika, l-ewwel darba, il-miżuri lill-Kummissjoni permezz ta' l-ittra tal-25 ta' Settembru 1998 mhuwiex pertinenti, billi din ta' l-aħħar qieset, permezz ta' l-ittra tat-23 ta' Diċembru 1998, li kienu jagħtu problemi ta' kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju u ma pproċedewx għall-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali. Minbarra l-fatt li wħud mill-miżuri inizjalment innotifikati daħlu fis-seħħ fid-data tan-notifika tagħhom, jibqa' li l-miżuri kollha ddikjarati kompatibbli mad-dritt Komunitarju mill-Kummissjoni permezz ta' l-ittra kkontestata kienu, f'kull każ, fis-seħħ fir-Renju Unit fil-mument ta' din in-notifika.

137   Konsegwentement, billi r-rikorrenti ċediet id-drittijiet ta' xandir televiżiv tal-logħbiet tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA lix-xandara televiżivi stabbiliti fir-Renju Unit sabiex jittrażmettu mill-ġdid dawn il-logħbiet f'dan l-Istat, il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit għandhom eżistenza ġuridika awtonoma meta mqabbla ma' l-ittra kkontestata (ara, f'dan is-sens, is-sentenza DSTV vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 25). Sa fejn il-miżuri nnotifikati huma applikabbli għax-xandara televiżivi stabbiliti fir-Renju Unit skond il-liġi nazzjonali fis-seħħ f'dan l-Istat Membru u mhux skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti mhijiex direttament ikkonċernata, taħt ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE, permezz ta' l-ittra kkontestata u għalhekk mhuwiex ammmissibbli li jintalab l-annullament.

138   F'dak li jirrigwarda t-tieni ipoteżi, fejn ir-rikorrenti ċediet id-drittijiet tagħha ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' logħbiet tal-fażi tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA lix-xandar televiżiv stabbilit fi Stat Membru barra mir-Renju Unit, għat-trażmissjoni mill-ġdid tiegħu f'dan l-aħħar Stat, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li dan l-Istat Membru l-ieħor huwa mistenni, taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva, li jiżgura li dan ix-xandar ma jaħrabx mill-miżuri approvati mill-Kummissjoni u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

139   F'dan ir-rigward jeħtieġ jitfakkar li l-obbligu fuq l-Istati Membri l-oħra huwa li jiżguraw, bil-mezzi xierqa, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tagħhom, li x-xandara televiżivi kompetenti li jeżerċitaw drittijiet esklussivi li xtraw qabel id-data ta' pubblikazzjoni tad-Direttiva b'mod li ma jneħħux lill-parti importanti mill-pubbliku ta' Stat Membru ieħor tal-possibilità li jsegwu, skond id-dispożizzjonijiet meħuda minn dan l-Istat Membru l-ieħor, konformement ma' l-Artikolu 3a(1) ta' l-avvenimenti li dan l-Istat Membru l-ieħor ddeżinja skond l-Artikolu 3a(1) u (2).

140   L-Istati Membri, destinatarji tad-Direttiva, kienu wkoll mistennija jieħdu, fil-kuntest ta' l-ordni ġuridiku nazzjonali rispettiv tagħhom, il-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li din id-Direttiva tkun effettiva kollha kemm hi, skond l-għan li ssegwi u, f'dan il-kuntest, tittrasponi b'mod partikolari l-Artikolu 3a(3) (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-14 ta' Ġunju 2001, il-Kummissjoni vs l-Italja, C‑207/00, Ġabra p. I‑4571, punt 25)

141   Fil-kuntest ta' dan l-istħarriġ eżerċitat mill-awtoritajiet tagħhom taħt il-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku, l-Istati Membri l-oħra jridu jiżguraw li l-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma jiddawrux mix-xandara televiżivi li jixtiequ li jerġgħu jittrażmettu avveniment iddeżinjat minn dan l-Istat Membru u ta' kompetenza tagħhom.

142   IIżda, kif ġie kkonstatat qabel (ara l-punt 94 iktar 'il fuq), hija biss id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà tal-miżuri nnotifikati permezz tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq flimkien mad-dritt Komunitarju u li tipprevedi l-pubblikazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri fil-Ġurnal Uffiċjali tippermetti li jagħmel effettiv il-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku billi jagħti bidu għall-obbligu għall-Istati Membri l-oħra li jikkonformaw ma' l-obbligi tagħhom f'dan ir-rigward skond l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva.

143   Isegwi li, f'din l-ipoteżi, l-ittra kkontestata tikkonvalida, ex nunc, il-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq għall-iskop waħdieni ta' l-għarfien reċiproku tagħhom mill-Istati Membri l-oħra.

144   Billi dan, f'dan il-kuntest, jirrigwarda l-invokazzjoni mill-Kummissjoni tas-sentenza DSTV vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, jeħtieġ jitqies li t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva, fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza, jipprevedi stħarriġ a posteriori, tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri meħuda minn Stat Membri sabiex jipprojbixxi d-diffużjoni fuq it-territorju tiegħu ta' trażmissjonijiet li ġejjin minn Stati Membri oħra u mhux stħarriġ tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju li jippermetti għarfien reċiproku tal-miżuri nazzjonali.

145   Minbarra dan, b'differenza tad-dispożizzjoni speċifika in kwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Artegodan et vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, invokata mill-Parlament, l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva jagħti lill-Kummissjoni kompetenza deċiżjonali li tiggarantixxi l-effett utli ta' mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku u mhux tħares biss li tistabbilixxi proċedura ta' natura konsultattiva.

146   Min-naħa l-oħra, peress li l-għarfien reċiproku tal-miżuri meħuda mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq huma subordnati għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni u għal pubblikazzjoni tagħhom ta' wara fil-Ġurnal Uffiċjali, jeħtieġ jiġi kkunstatat li l-ittra kkontestata ma tħallix lill-awtoritajiet nazzjonali, sa minn din il-pubblikazzjoni, l-ebda marġini ta' evalwazzjoni fil-kuntest tat-twettiq ta' l-obbligi tagħhom. Fil-fatt, minkejja li l-mod ta' kif huma mistħarrġa, li l-awtoritajiet nazzjonali huma mistennija li jipproċedu fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku, huma determinabbli minn kull Stat Membru, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tiegħu li fejn hemm it-traspożizzjoni ta' l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva, xorta waħda l-awtoritajiet iridu jiżguraw ir-rispett, mix-xandara televiżivi kompetenti, tal-kundizzjonijiet ta' trażmissjoni mill-ġdid ta' l-avvenimenti in kwistjoni kif iddefiniti mill-Istat Membru fil-miżuri approvati u ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali mill-Kummissjoni.

147   Fl-aħħar, f'dak li jirrigwarda l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li xandara televiżivi biss stabbiliti fir-Renju Unit għandhom interess li jixtru mir-rikorrenti d-drittjiet ta' xandir tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA sabiex jerġgħu jittrażmettuha fir-Renju Unit, jeħtieġ jitqies li tali suppożizzjoni hija mingħajr kull effett utli taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. Fil-fatt jeħtieġ jitfakkar li, skond il-premessi 18 u 19 tad-Direttiva 97/36, l-għan ta' dan l-Artikolu huwa li jiggarantixxi lill-pubbliku li jkollu aċċess liberu għax-xandir ta' l-avvenimenti li huma kkunsidrati bħala ta' importanza kbira għas-soċjetà mill-Istati Membri u, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' għarfien reċiproku, li jeżiġu mill-Istati Membri li jiżguraw li x-xandara televiżivi kompetenti jirrispettaw il-lista ta' avvenimenti stabbiliti minn Stat Membru ieħor sabiex parti importanti mill-pubbliku ta' dan l-Istat ma jkunx imċaħħad mill-possibbiltà li jsegwi l-avvenimenti iddiżinjati minn dan ta' l-aħħar.

148   Il-kuntest fattwali tal-kawża li tat lok li tat lok għas-sentenza tal-House of Lords, R vs ITC, ex parte TV Danmark 1 Ltd [2001] UKHL 42 (iċċitata iktar 'il fuq), li tirrigwarda wkoll l-avvenimenti ddiżinjati mir-Renju tad-Danimarka, għalhekk, tikkonferma l-eżistenza ta' sitwazzjoni ta' twettiq tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku stabbilit taħt l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva. Minbarra dan, il-Kummissjoni, fit-tielet rapport ta' l-2001 lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ekonomiku u soċjali dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva (COM/2001/009 finali), indikat li x-xandara televiżivi kompetenti fir-Renju Unit, fi tliet okkażjonijiet, ittrażmettew avvenimenti mniżżla fuq il-lista tar-Renju tad-Danimarka b'tali mod li parti importanti tal-poplu Daniż ġie mċaħħad mill-possibbiltà li jsegwi dawn l-avvenimenti.

149   F''dawn iċ-ċirkustanzi, minkejja l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni mhux sostnuti dwar is-suq ta' xandir televiżiv speċifiku fir-Renju Unit (ara l-punt 121 iktar 'il fuq), ma jistax jiġi kkunsidrat li d-drittijiet ta' xandir bit-televizjoni f'dan l-Istat Membru tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA jkunu bilfors mixtrija minn xandara televiżivi stabbiliti f'dan l-istess Stat.

150   Isegwi li r-rikorrenti hija direttament ikkonċernata mill-ittra kkontestata billi din tippermetti t-twettiq tal-mekkaniżmu ta' għarfien reċiproku mill-Istati Membri l-oħra tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u li l-għan ta' inammissibiltà mqajma mill-Kummissjoni trid tkun irrifjutata.

 Fuq il-punt dwar jekk ir-rikorrenti hijiex individwalment ikkonċernata

–       Kunsiderazzjonijiet tal-partijiet

151   Il-Kummissjoni tikkontesta l-argument tar-rikorrenti li jgħid li din hija individwalment ikkonċernata, għax hija tagħmel parti minn "ċirku magħluq" ta' impriżi li, anki qabel id-dħul ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva, kienet qed iżżomm l-esklussiva tad-drittijiet ta' trażmissjoni ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà iddiżinjati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

152   Skond il-Kummissjoni, dan il-kriterju taż-żamma tad-drittijiet esklussivi mhuwiex pertinenti, għaliex hekk ikollhom jittieħdu in kunsiderazzjoni x-xandara u l-impriżi kollha l-oħra li jżommu d-drittijiet ta' xandir ta' avvenimenti li jidhru fuq il-lista tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq. Iżda, dawn li qed iżommu d-drittijiet televiżivi setgħu jkunu effettwati iktar radikalment minn din il-lista milli kienet ir-rikorrenti.

153   Minbarra dan, kuntrarjament għal min iżomm drittijiet televiżivi ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà elenkati fil-lista tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, l-impriżi u l-organizzazzjonijiet li setgħu jikkonkludu kuntratti ta' liċenzja flimkien ma' wieħed minn dawn li jżommu t-tali drittijiet huma potenzjalment f'numru kbir u għall-Kummissjoni kien ikun impossibbli li tidentifikahom. Konsegwentement, ma kienx ikun ammess li r-rikorrenti tagħmel parti minn ċirku magħluq ta' impriżi.

154   Minbarra dan, la r-rikorrenti lanqas min iżomm id-drittijiet televiżivi dwar avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà ddiżenjati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ma setgħu jkunu kkonċernati individwalment minn miżura tal-Kummissjoni, għar-raġuni waħdanija li din taffettwa l-attività ekonomika tagħhom (ara, f'dan is-sens, id-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Diċembru 2000, Galileo et Galileo International vs il-Kunsill, T‑113/99, Ġabra p. II‑4141). L-attivitajiet ekonomiċi tar-rikorrenti setgħu kienu interessati mill-miżuri nnotifikati u, indirettament, billi l-Kummissjoni taċċetahom. Madankollu bl-ebda mod ma jista' jkollha impatt fuq is-sitwazzjoni ġuridika.

155   Ir-rikorrenti bl-istess mod tinvoka li hija individwalment ikkonċernata impriża li kitbet numru ta' drabi lill-Kummissjoni sabiex tgħarrafha ta' l-inkwiet tagħha dwar it-twettiq, mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, ta' l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva. Iżda, skond il-Kummissjoni, hija biss l-ittra tar-rikorrenti ta' l-14 ta' Lulju 2000 li tista', f'dan il-kuntest, tiġi kkunsidrata, jekk ittri oħra li ġew miktuba qabel l-adozzjoni tal-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati. F'kull każ, l-ebda waħda minn dawn l-ittri ma tista' tkun ikkwalifikata bħala lment, billi l-għan tagħhom mhuwiex li jitolbu lill-Kummissjoni li jieħdu miżuri fir-rigward ta' l-Istat Membru kkonċernat, iżda biss li tinfluwenza fl-eżami tal-kompatibbiltà tagħha tal-miżuri nnotifikati mad-dritt Komunitarju. Li jintbagħtu tali ittri lill-Kummissjoni mhuwiex għalhekk ta' natura li tindividwalizza l-impriża.

156   Ir-Repubblika Franċiża tirreferi, b'mod partikolari, għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Lulju 1963, Plaumann vs il-Kummissjoni (25/62, Ġabra p. 197), u tal-25 ta' Lulju 2002, Unión de Pequeños Agricultores vs il-Kunsill (C‑50/00 P, Ġabra p. I‑6677), u tfakkar li l-applikazzjoni ġenerali u, għaldaqshekk, in-natura normativa ta' att mhumiex ikkontestati mill-possibiltà li tiddetermina bi ftit jew wisq preċiżjoni in-numru jew l-istess identità tas-suġġetti ta' dritt li għalihom din tapplika f'mument partikolari, tant li huwa kostanti li din l-applikazzjoni taffettwa minħabba f'sitwazzjoni oġġettiva ta' dritt jew ta' fatt, iddefinit mill-att in relazzjoni ma' l-iskop ta' din ta' l-aħħar (digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-29 ta' Ġunju 1995, Cantina cooperativa fra produttori vitivinicoli di Torre di Mosto et vs il-Kummissjoni, T‑183/94, Ġabra p. II‑1941, punt 48). Issa, minkejja li r-rikorrenti għandha drittijiet ta' xandir tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għas-snin 2002 u 2006, din iċ-ċirkustanza mhijiex biżżejjed biex tindividwa, skond ir-raba' paragrafu ta' l-Artikolu 230 KE, meta mqabbel ma kull tip ieħor ta' operatur ekonomiku suxxettibbli li jikseb jew li jżomm drittijiet ta' xandir bit-televiżjoni ta' avvenimenti li jidhru f'din il-lista.

157   Ir-rikorrenti tirrispondi, fis-sustanza, li hija individwalment ikkonċernata, meta tikkunsidra, min-naħa, li hija parti minn "ċirku magħluq" ta' impriżi li kisbu drittijiet ta' xandir ta' avveniment fuq il-lista tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq qabel il-propożizzjoni adottata fl-Artikolu 3a tad-Direttiva u qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri nnotifikati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq lill-Kummissjoni. Fi ħdan dan iċ-ċirku, tkun effettwata b'mod speċifiku u distint minn sidien oħra ta' drittijiet ta' xandir. Min-naħa l-oħra, hija individwalment ikkonċernata mill-fatt tal-parteċipazzjoni tagħha għall-proċedura ta' verifika mill-Kummissjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju tal-miżuri nnotifikati. F'dan il-kuntest, hi invokat partikolarment ksur mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq ta' l-obbligu tagħhom li jistabbilixxu lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà skond proċedura ċara u trasparenti, skond dak li hemm imniżżel fl-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva.

–       Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

158   F'dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, kwalitajiet partikolari għaliha, ir-rikorrenti ssostni li kisbet drittijiet ta' xandir ta' avveniment li jidher fil-lista stabbilita mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq qabel id-dħul fis-seħħ ta' din u bl-istess mod qabel il-propożizzjoni adottata fl-Artikolu 3a tad-Direttiva.

159   Skond ġurisprrudenza kostanti, suġġetti oħra barra destinatarji ta' deċiżjoni ma jistgħux jippretendu li jkunu individwalment ikkonċernati ħlief jekk din id-deċiżjoni tilħaq minħabba f'ċertu kwalitajiet partikolari għalija jew sitwazzjoni ta' fatt li tikkaratterizzahom meta mqabbla ma persuna oħra u ta' dan il-fatt tindividwalizzaha b'mod analogu għal dik fejn id-destinatarju ta' din id-deċiżjoni jkun (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Plaumann vs il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, p. 223, u tat-18 ta' Mejju 1994, Codorníu vs il-Kunsill, C‑309/89, Ġabra p. I‑1853, punt 20 ; sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' April 1995, ASPEC et vs il-Kummissjoni, T‑435/93, Ġabra p. II‑1281, punt 62).

160   Issa, fil-kawża, jeħtieġ jitqies li r-rikorrenti żżomm, fuq titolu esklussiv, għas-snin 2002 u 2006, id-drittijiet tax-xandir bit-televizjoni tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA, li huwa wieħed mill-avvenimenti elenkati fil-lista ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà adottata mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u approvati mill-Kummissjoni f'din l-ittra kkontestata.

161   Ix-xandara televiżivi ta' kompetenza ta' Stati Membri oħra għajr ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq iridu għalhekk bil-fors jikkuntattjaw lir-rikorrenti, fil-kwalità tagħha ta' intermedjarju ta' drittijiet ta' xandir ta' dan l-avveniment, sabiex jinkisbu liċenzji ta' xandir ta' dan.

162   Huwa veru li l-miżuri adottati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq skond l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva u approvati permezz ta' l-ittra kkontestata, skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jimponu limiti lix-xandara televiżivi fir-rigward ta' xandir b'mod esklussiv ta' l-avvenimenti ta' importanza kbira li jidhru fil-lista, ħlief għal dawk li ġa kisbu drittijiet qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri kkunsidrati. Dawn il-limiti madankollu huma marbuta mal-kundizzjonijiet li fihom dawn ix-xandara televiżivi, previsti b'mod ġenerali u astratt, jiksbu dawn id-drittijiet esklussivi ta' xandir mingħand min iżommhom.

163   Fil-fatt, skond l-Artikoli 98 u 101 tat-taqsima IV tal-liġi fuq ix-xandir ta' l-1996, emendata mir-Regolament ta' l-2000 fuq ix-xandir bit-televizjoni:

"98 – 1) Għall-iskop ta' din it-taqsima, is-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi ta' xandir bis-satellita ta' kompetenza taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)] huma mqassma fiż-żewġ kategoriiji li ġejjin:

a)       is-servizzi tal-programmi televiżivi u s-servizzi ta' xandir bis-satellita ta' kompetenza taż-ŻEE li, sa ordni ġdid, jissodisfaw il-kundizzjonijiet mitluba, u

b)       is-servizzi kollha l-oħra ta' programmi televiżivi u servizzi ta' xandir bis-satellita ta' kompetenza taż-ŻEE.

2)      Fil-kuntest ta' dan l-Artikoli, il-‘kundizzjonijiet mitluba’ li jridu jiġu sodisfatti minn servizz partikolari huma dawn li ġejjin:

a)       l-aċċess għas-servizz ma jrid jagħti lok għall-ebda remunerazzjoni, u

b)       is-servizz irid ikun irċevut minn għallinqas 95% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit.

" 101 – 1) Kull min jipprovdi programmi televiżivi li jipprovdu servizz li jiddependi fuq waħda miż-żewġ kategoriji ddefiniti fl-Artikolu 98(1) (l-‘ewwel servizz’) u li jkun irċevut fuq it-territorju kollu jew parti tar-Renju Unit ma jistax ixandar b'mod dirett, fil-kuntest ta' dan is-servizz, avveniment kollu jew in parti li hu mniżżel fuq il-lista mingħajr ma kiseb kunsens preliminari tal-Kummissjoni (ITC), sa kemm:

a)       li ieħor li jipprovdi programmi televiżivi jiżgura servizz li joħroġ mill-kategorija l-oħra ddefinita f'dan il-paragrafu (it-‘tieni servizz’) ma kisibx id-dritt li jinkludi f'dan ix-xandir dirett ta' l-avveniment kollu kemm hu jew ta' din il-parti ta' l-avveniment, u

b)       li r-reġjun fejn it-tieni servizz huma mxandar ikopri jew jinkludi r-reġjun (kważi-) kollu fejn ikun irċevut l-ewwel servizz.

[…]

101 – 4)  L-Artikolu 101(1) mhuwiex applikabbli mill-mument fejn min jipprovdi l-programmi televiżivi li jiggarantixxu l-ewwel servizz jeżerċita drittijiet miksuba qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan l-Artikolu."

164   F'dan il-kuntest, billi jirrigwarda kunsens li jrid jinkiseb mill-ITC li huwa msemmi fl-Artikolu 101 tal-liġi dwar ix-xandir ta' l-1996, emendat, iċċitat iktar 'il fuq, jirriżulta mill-miżuri kollha approvati mill-Kummissjoni u, b'mod iktar partikolari, tal-kodiċi ta' l-ITC dwar l-avvenimenti sportivi u oħra imniżżla fuq il-lista, li l-fatturi li jikkundizzjonaw il-kunsens ta' l-ITC huma, fis-sustanza, li l-bejgħ tad-drittijiet ta' xandir bit-televizjoni huwa suġġett ta' dikjarazzjoni pubblika u li x-xandara televiżivi ddisponu l-possibiltà reali li jiksbu dawn id-drittijiet għal kundizzjonijiet raġonevoli u ekwi. F'dan ir-rigward, l-ITC tista' b'mod partikolari tivverifika li l-offerta ta' bejgħ ġiet ikkomunikata bil-miktub u fl-istess ħin maż-żewġ kategoriji ta' xandara ddefiniti fl-Artikolu 98 tal-liġi fuq ix-xandir ta' l-1996, li l-prezz mitlub huwa ekwu, raġjonevoli u ma jiddiskriminax bejn iż-żewġ kategoriji ta' xandara u li joffri lix-xandara terminu raġonevoli li joffrilhom possibiltà reali li jiksbu dawn id-drittijiet.

165   Għalhekk, minkejja li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha ta' intermedjarju tad-drittijiet ta' xandir bit-televizjoni tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għas-snin 2002 u 2006, ma joħroġx espressament minn dawn id-dispożizzjonijiet, xorta waħda jibqa' jostakola d-diffikultà li jiddisponi b'mod liberu tad-drittijiet tiegħu u jikkundizzjonaw l-għoti tagħhom, fuq titolu esklussiv, lix-xandara televiżivi stabbiliti fi Stat Membru ieħor għajr ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u li jixtiequ jittrażmettu dan l-avveniment f'dan l-aħħar Stat.

166   Minbarra dan, minkejja li l-validità ġuridika tal-kuntratti li r-rikorrenti kkonkludiet mal-FIFA mhuwiex effettwat mill-ittra kkontestata, it-twettiq ta' dawn il-kuntratti ma seta' bl-ebda mod jiġi impedit permezz ta' din l-ittra skond il-ġurisprudenza misjuba, f'dan is-sens, fis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Jannar 1985, Piraiki-Patraiki et vs il-Kummissjoni (11/82, Ġabra p. 207), u tas-26 ta' Ġunju 1990, Sofrimport vs il-Kummissjoni (C‑152/88, Ġabra p. I‑2477), jirriżulta li r-rikorrenti kiseb, esklussivament, id-drittijiet in kawża qabel id-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu 3a tad-Direttiva u, a fortiori, qabel l-adozzjoni ta' l-ittra kkontestata.

167   F'dawn iċ-ċirkustanzi, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li l-ittra kkontestata tikkonċerna r-rikorrenti minħabba fil-kwalità partikolari tagħha, li tkun taf fil-kwalità tagħha li żżomm b'mod esklussiv id-drittijiet ta' xandir ta' wieħed mill-avvenimenti ddeżinjati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq.

168   Isegwi li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha li żżomm drittijiet ta' xandir bit-televizjoni ta' avveniment li huwa fil-lista ta' miżuri nnotifikati mir-Renju Unita tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u li tikseb dawn id-drittijiet qabel l-adozzjoni tal-miżuri applikabbli fir-Renju Unit u, a fortiori, qabel l-approvazzjoni tagħhom mill-Kummissjoni, trid tkun ikkunsidrata għal finijiet ta' l-eżami ta' l-ammissibbiltà ta' dan ir-rikors, hekk kif hi kkonċernata individwalment mill-ittra kkontestata.

169   Għalhekk konsegwentement jeħtieġ li l-eċċezzjoni ta' inammissibiltà mqajma mill-Kummissjoni tiġi miċħuda.

2.     Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti

170   Fil-kuntest tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti tal-Prim'Istanzali li tiddikjara li l-Artikolu 3a tad-Direttiva huwa inapplikabbli u li ma jservix ta' bażi ġuridika għall-adozzjoni ta' l-ittra kkontestata.

171   F'dan ir-rigward, jeħtieġ jiġi kkonstatat li l-kawża Komunitarju ma tafx b'liġijiet li jippermettu lill-imħallef li jieħu pożizzjoni permezz ta' dikjarazzjoni ġenerali jew ta' prinċipju (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Frar 2001, Sodima vs il-Kummissjoni, T‑62/99, Ġabra p. II‑655, punt 28, u d-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-7 ta' Ġunju 2004, Segi et vs il-Kunsill, T‑338/02, li għadha ma ġiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 48 ; bl-istess mod ara, b'analoġija, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-28 ta' Ottubru 2004, Meister vs l-UASI, T‑76/03, li għadha ma ġiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 38).

172   Għalhekk il-kap tat-talbiet huwa inammissibbli.

D –  Fuq il-mertu

173   In sostenn għar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' raġunijiet li joħorġu, l-ewwel nett, mill-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, it-tieni nett, tal-ksur ta' l-Artikolu 3a(2) tad-Direttiva, it-tielet nett, ta' l-inammissibiltà ta' l-Artikolu 3a(3) ta' l-istess Direttiva u, ir-raba' nett, tal-ksur tal-forom sostanzjali.

174   Mill-ewwel jeħtieġ tiġi eżaminata r-raba' raġuni, li joħroġ mill-ksur tal-forom sostanzjali.

175   Fil-kuntest ta' din ir-raġuni, ir-rikorrenti, b'mod partikolari, toħroġ l-argument ta' l-inkompetenza ta' l-awtur ta' l-ittra kkontestata, jiġifieri tad-direttur ġenerali tad-DĠ "Edukazzjoni u kultura". F'dan ir-rigward tallega li l-ittra kkontestata ma ġietx adottata b'mod konformi mar-regoli tal-Kummissjoni f'dak li jirrigwarda proċedura kulleġġjali, ta' delegazzjoni u ta' twettiq ta' deċiżjonijiet.

176   Biex tiskarta dan l-argument, il-Kummissjoni llimitat ruħha, fis-sottomissjonijiet tagħha u fit-tweġiba għad-domanda tal-Qorti tal-Prim'Istanza, li tistqarr li l-ittra kkontestata mhijiex deċiżjoni skond l-Artikolu 249 KE u li għalhekk m'għandhiex għalfejn tikkonforma mar-regoli pertinenti ta' proċedura.

177   Għalhekk, il-KuKummissjoni ammettiet, bi tweġiba għal domanda bil-miktub tal-Qorti tal-Prim'Istanza u waqt is-seduta, li l-kulleġġ tal-membri tal-Kummissjoni ma ġewx ikkonsultati u li d-direttur ġenerali firmatarju ta' l-ittra kkontestata ma rċieva l-ebda kwalifika speċifika ta' dan.

178   F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-ittra kkontestata li, hekk kif ġie kkonstatat fil-kuntest ta' l-eżami ta' inammissibiltà, tikkostitwixi deċiżjoni skond l-Artikolu 249 KE, hija vizzjata b'inkompetenżi u għal din ir-raġuni trid, mingħajr il-bżonn li teżamina l-argument l-ieħor in sostenn ta' din ir-raġuni u t-tliet raġunijiet l-oħra in sostenn tar-rikors, tiġi annullata.

179   F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Prim'Istanza tqis li m'hemmx lok li tirreferi għad-domanda magħmula mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tat-22 ta' Awwissu 2005 (ara l-punt 44 iktar 'il fuq), din it-talba hija nieqsa minn interess għas-soluzzjoni tal-litiġju (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ġunju 2002, British American Tobacco (Investments) vs il-Kummissjoni, T‑311/00, Ġabra p. II‑2781, punt 50).

 Dwar l-ispejjeż

180   Taħt l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura kull parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Taħt l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 87(4) l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervenew fil-kawża, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Taħt l-Artikolu 87(6), fil-każ li m'hemmx lok għal deċiżjoni dwar il-kawża, il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

181   Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq, il-Parlamant u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-Parlamant bl-istess mod ibatu l-ispejjeż tar-rikkorenti fir-rigward ta' l-interventi tagħhom, skond it-talbiet f'dan is-sens ta' din ta' l-aħħar.

182   Billi l-Kummissjoni tilfet it-talbiet tagħha, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż, skond it-talbiet tar-rikorrenti, ħlief għall-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward ta' l-interventi tar-Repubblika Franċiża, tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-Parlamant.

Għal dawn il-motivi,

IL-QORTI TAL-PRIM'ISTANZA (ir-Raba' Awla Estiża)

taqta' u tiddeciedi:

1)      Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinstab fl-ittra tagħha lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq tat-28 ta' Lulju hija annullata.

2)      Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)      Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta' l-Irlanda ta' Fuq u l-Parlamant għandhom ibatu l-ispejjeż tar-rikorrenti fir-rigward ta' l-interventi tagħhom.

4)      Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, ħlief għall-ispejjeż ta' dawn li joħorġu mill-punt 3 iktar 'il fuq.

5)      Il-partijiet intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

Legal

Lindh

Mengozzi

Wiszniewska-Białecka

 

      Vadapalas

Mogħtija f'Qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu fil-15 ta' Diċembru 2005.

Reġistratur

 

       il-President

E. Coulon

 

      H. Legal

Werrej

Kuntest ġuridiku

Il-fatti li wasslu għall-kawża

Proċedura

It-talbiet tal-partijiet

Fid-dritt

A –  Fuq it-talba ta' miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura

B –  Fuq it-talba ta' tneħħija ta' dokument

C –  Fuq l-ammissibbiltà

1.  Fuq l-ammissibbiltà ta' l-ewwel kap tat-talbiet tar-rikorrenti

a)  Fuq in-natura ġuridika ta' l-att ikkontestat

Argumenti tal-partijiet

Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

b)  Fuq il-kwalità ta' l-aġir tar-rikorrenti

Fuq il-punt dwar jekk ir-rikorrenti hijiex direttament ikkonċernata

–  Argumenti tal-partijiet

–  Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

Fuq il-punt dwar jekk ir-rikorrenti hijiex individwalment ikkonċernata

–  Kunsiderazzjonijiet tal-partijiet

–  Kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim'Istanza

2.  Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti

D –  Fuq il-mertu

Dwar l-ispejjeż


* Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.