Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Mejju 2016 – Elke Roch, Jürgen Roch vs Germanwings GmbH

(Kawża C-257/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elke Roch, Jürgen Roch

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domandi preliminari

Difett tekniku kkawżat minn kolliżjoni avjarja, jiġifieri l-kolliżjoni ta’ ajruplan fl-ajru ma’ għasafar, jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 1 ?

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv jista’ wkoll jinvoka ċirkustanzi straordinarji li ma affettwawx it-titjira rriżervata mill-passiġġier, iżda t-titjira eżatt qabilha, li tkun saret, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ rotazzjoni, bl-ajruplan assenjat għat-titjira rriżervata?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).