Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Hammar Nordic Plugg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Bejgħ u kiri ta’ art u ta’ sit tal-produzzjoni – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Assenza ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Determinazzjoni tal-prezz tas-suq – Kriterju ta’ investitur privat – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri”)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Hammar Nordic Plugg AB (Trollhättan, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Otken Eriksson u U. Öberg, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P.-J. Loewenthal, aġenti, assistiti minn L. Sandberg-Morch, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/293/UE, tat-8 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28809 (C-29/10) (ex NN 42/10 & ex CP 194/09) implimentata mill-Isvezja favur Hammar Nordic Plugg AB (ĠU L 150, p. 78)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hammar Nordic Plugg AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 258, 25.8.2012.