Language of document : ECLI:EU:T:2008:292





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Lulju 2008 – Antwerpse Bouwwerken vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-195/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ offerta – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Telf ta’ opportunità – Nuqqas ta’ dannu serju u irreparabbli – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 18, 19)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 38, 39)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 43, 44)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 47, 48)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Dannu reparabbli permezz tal-għoti ta’ kumpens fil-kuntest tar-rikors fil-kawża prinċipali (Artikoli 242 KE, 243 KE u 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 49-51)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti jew li tbiddel irrimedjabbilment il-pożizzjoni tagħha fis-suq - Inklużjoni - Kundizzjonijiet (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 52-54)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent fi proċedura ta’ sejħa għal offerti - Preġudizzju għar-reputazzjoni tiegħu - Dannu li ma jistax jiġi kkunsidrat bħala irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 56, 57)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji mressqa fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti mnedija mill-Kummissjoni għall-kostruzzjoni ta’ bini.

Dispożittiv

1)     It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)     L-ispejjeż huma rriżervati.