Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs EEA

(Kawża F-162/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda imposta fl-20 ta’ Settembru 2012 mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti fil-konfront tat-talba tal-21 ta’ Mejju 2012 intiża għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2012 li tintegrah mill-ġdid fl-24 ta’ Jannar 2012 wara leave tal-mard.tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.