Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Ottubru 2023 – SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG vs Astrid Twardy GmbH

(Kawża C-618/23, SALUS)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SALUS Haus Dr. med Otto Greither Nachf. GmbH & Co. KG

Konvenut: Astrid Twardy GmbH

Domandi preliminari

Tejiet mediċinali veġetali, li għandhom jiġu kklassifikati bħala “prodotti mediċinali veġetali tradizzjonali” fis-sens tal-punt 29 tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 16a tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem 1 , inklużi bil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li temenda, fir-rigward ta’ prodotti mediċinali vegetali tradizzjonali id-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem 2 għandhom jitqiesu bħala “preparazzjonijiet veġetali tradizzjonali bbażati fuq il-pjanti”, fis-sens tal-Artikolu 2(1), flimkien mal-Anness I, tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 3 ?

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

L-ittikkettar previst fil-Kapitolu IV tar-Regolament 2018/848, b’mod partikolari

il-logo uffiċjali tal-produzzjoni organika tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 33 flimkien mal-Anness V tar-Regolament 2018/848),

il-logo tal-produzzjoni organika tal-kumpannija stess (Artikolu 33(5) tar-Regolament 2018/848),

in-numru tal-kodiċi tal-awtorità ta’ kontroll (Artikolu 32(1)(a) tar-Regolament 2018/848),

il-post tal-produzzjoni “Agrikoltura tal-UE” jew “Agrikoltura mhux tal-UE” (Artikolu  32(2) tar-Regolament 2018/848),

it-terminu “bio” (Artikolu 30(2) tar-Regolament 2018/848) u

ir-riferiment “minn produzzjoni organika” (Artikolu 30(1) tar-Regolament 2018/848)

jista’ jitwaħħal fl-imballaġġ esterjuri ta’ prodott mediċinali mingħajr ma jkunu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 62 tad-Direttiva 2004/24?

Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun fin-negattiv:

L-ittikkettar li hemm riferiment għalih fit-tieni domanda huwa ttikkettar li huwa “siewi għall-pazjent” u ma huwiex ta’ “natura promozzjonali”, fis-sens tal-Artikolu 62 tad-Direttiva 2004/24?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 313.

1     ĠU 2018, L 150, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2018, L 260, p. 25, fil-ĠU 2018, L 262, p. 90, fil-ĠU 2018, L 270, p. 37, fil-ĠU 2019, L 305, p. 59, fil-ĠU 2021, L 7, p. 53, fil-ĠU 2021, L 204, p. 47, fil-ĠU 2021, L 318, p. 5, u fil-ĠU 2022, L 321, p. 74.