Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Novomatic vs UASI – Simba Toys (AFRICAN SIMBA)

(Kawża T-172/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AFRICAN SIMBA – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Simba – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Simba Toys GmbH & Co. KG (Fürth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Ruhl u C. Sachs, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Jannar 2013 (Każ R 157/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Simba Toys GmbH & Co. KG u Novomatic AG.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.