Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – LDC Argentina vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LDC Argentina SA (Buenos Aires, l-Arġentina) (rappreżentanti: J. Bellis u R. Luff, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, p. 2), sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti; u

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali