Language of document : ECLI:EU:T:2016:500





tmilcjeSentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 –
PT Pelita Agung Agrindustri vs Il-Kunsill

(Kawża T‑121/14)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ bijodiżil li joriġina mill-Indoneżja – Dazju antidumping definittiv – Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Valur normali – Spejjeż tal-produzzjoni”

1.                     Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Użu tal-valur maħdum – Kalkolu tal-ispejjeż tal-produzzjoni abbażi tal-kotba tal-kontabbiltà – Deroga – Spejjeż marbuta mal-produzzjoni u mall-bejgħ tal-prodott suġġett għall-investigazzjoni li ma ġewx raġonevolment inklużi f’dawn il-kotba – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq l-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1972/2002, premessa 4, u Nru 1225/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 2(5)) (ara l-punti 45-49, 53-77)

2.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjoni ta’ regolament li timponi dazji antidumping definittivi – Annullament li jwassal għal modifika tas-sustanza tar-regolament (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1194/2013, Artikolu 1) (ara l-punti 80-82)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad‑19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil PT Pelita Agung Agrindustri.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn PT Pelita Agung Agrindustri.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.