Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2013 – Enercon vs UASI (Sfumaturi tal-kulur aħdar)

(Kawża T-655/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Enercon GmbH (Aurich, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Settembru 2013 fil-Każ R 0247/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta sfumaturi tal-kulur aħdar, għal prodotti fil-klassijiet 7, 16 u 28 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Nru 1 1055 811Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009