Language of document : ECLI:EU:T:2014:792

Appell ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2024 minn Roman Arkadyevich Abramovich mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fl-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Kawża T-313/22, Abramovich vs Il-Kunsill

(Kawża C-159/24 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Roman Arkadyevich Abramovich (rappreżentanti: T. Bontinck, avukat, C. Zatschler, SC, S. Bonifassi, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla Estiża) tal-20 ta’ Diċembru 2023, T-313/22, inkluż sa fejn l-appellant ġie kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kunsill;

tevalwa r-rikors fuq il-mertu, tilqa’ t-tieni motiv imqajjem mill-appellant quddiem il-Qorti Ġenerali f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-kriterji (d) u (g), u b’konsegwenza tannulla l-atti kkontestati sa fejn jinkludu u jżommu lill-appellant fil-listi annessi mal-imsemmija atti;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens għad-danni imressqa mill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-ewwel istanza kif ukoll dawk quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

Fl-ewwel aggravju, l-appellant jinvoka l-iżball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-kriterju previst fl-Artikolu 2(1)(g) tad Deċiżjoni 2014/145/PESK 1 .

Fit-tieni aggravju, l-appellant jinvoka l-iżbalji ta’ liġi u l-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva sa fejn il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-ilmenti mqajma fir-rigward tal-kriterju previst fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2014/145, u sa fejn ċaħdet it-talba għal kumpens għad-danni.

____________

1     Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, issovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16).