Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2013 - Skype vs UASI - British Sky Broadcasting and Sky IP International (SKYPE)

(Kawża T-183/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: I. Fowler, Solicitor, J. Schmitt, avukat u J. Mellor, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit) u Sky IP International Ltd (Isleworth)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Jannar 2013 fil-Każ R 2398/2010-4;

tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-proprjetarju

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark "SKYPE" - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 660 065 għal servizzi fil-klassi 38

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark "SKY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 203 411

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009

____________