Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Frar 2021 – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-77/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Digi Távközlési és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

Domandi preliminari

Il-kunċett ta’ “limitazzjoni tal-iskop” iddefinit fl-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta# tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE 1 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa wkoll konformi ma’ dan il-kunċett il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ipproċessar taħżen b’mod parallel f’bażi tad-data oħra xi data personali li, barra minn hekk, inġabret u nħażnet għal skop speċifiku u leġittimu, jew għall-kuntrarju fis-sens li l-fatt li tinħażen id-data f’bażi tad-data parallela ma għadux kompatibbli mal-iskop leġittimu limitat li għalih id-data inkwistjoni nġabret?

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fis-sens li l-ħażna parallela ta’ data hija fiha nnifisha inkompatibbli mal-prinċipju ta’ “limitazzjoni tal-iskop”, huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ “limitazzjoni tal-ħażna” stabbilit fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament il-fatt li l-persuna responsabbli għall-ipproċessar iżżomm b’mod parallel f’bażi tad-data oħra xi data personali li, barra minn hekk, inġabret u nħażnet għal skop leġittimu limitat?

____________

1 ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.