Language of document : ECLI:EU:T:2012:505





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012 – Wam Industriale vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑303/10)

“Għajnuna mill-Istat – Stabbiliment ta’ impriża f’ċerti Stati terzi – Self b’rata mnaqqsa – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura – Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Obbligu ta’ motivazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Dmir ta’ diliġenza – Dmir ta’ premura”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta' għajnuna mas-suq komuni – Karatterizzazzjoni tal-effett ħażin fuq il-kompetizzjoni u tal-effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 23, 24, 49 u 53)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Deċiżjoni dwar għajnuna intiża għall-finanzjament tal-ispejjeż għad-dħul kummerċjali f’pajjiżi terzi – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikoli 107(1) TFUE) (ara l-punti 25‑27, 52)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Terminu għall-produzzjoni tal-provi – Artikolu 48(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Kamp ta’ applikazzjoni – Dokumenti miksuba wara talba għall-aċċess għall-fajl miżmum mill-awtoritajiet nazzjonali – Ġustifikazzjoni valida tat-tardività fl-assenza ta’ talba magħmula f’ħin xieraq – Assenza (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(1) u 66(2)) (ara l-punti 69, 70)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Obbligu li jiġi ġġustifikat bdil ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjonijiet preċedenti – Assenza (Artikoli 107 TFUE, 108 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 88, 124)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Obbligu ta’ notifika minn qabel u ta’ sospensjoni provviżorja tal-implementazzjoni tal-għajnuna – Portata (Artikolu 108(3) TFUE) (ara l-punt 99)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Assenza ta’ investigazzjoni matul perijodu relattivament twil dwar għajnuna ġdida mhux innotifikata – Trasformazzjoni f’għajnuna eżistenti – Esklużjoni (Artikolu 108(3) TFUE) (ara l-punt 101)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Klassifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti – Kriterji – Sistema ġenerali ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni – Neċessità ta’ deċiżjoni espliċita (Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(b)(ii)) (ara l-punt 104)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Obbligu ta’ diliġenza tal-Istat Membru li jagħti l-għajnuna u tal-benefiċjarju tagħha fir-rigward tal-komunikazzjoni ta’ kull informazzjoni rilevanti – Assenza ta’ osservazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati – Nuqqas ta’ effett fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ eżami ex officio tal-elementi mhux invokati espressament – Assenza (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE u 108(2) TFUE) (ara l-punti 118‑120)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kategoriji ta’ għajnuna, iddefiniti permezz ta’ regolamenti, li jistgħu jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq komuni – Regolamenti ta’ eżenzjoni skont il-kategorija – Għajnuna ta’ importanza sekondarja – Regolament Nru 1998/2006 – Kamp ta’ applikazzjoni – Għajnuna favur attivitajiet marbuta mal-esportazzjoni – Kunċett (Artikolu 107(1) TFUE; Regolamenti tal-Kummissjoni Nru 70/2001, Artikolu 1(2)(b), Nru 1998/2006, Artikolu 1(1)(d), u Nru 800/2008, Artikolu 1(2)(a)) (ara l-punti 126‑131)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Għajnuna ta’ importanza sekondarja – Qsim ta’ għajnuna li taqbeż il-limitu applikabbli sabiex parti tkun tista’ tibbenefika mir-regola de minimis – Inammissibbiltà (Artikoli 107(1) TFUE u 108(3) TFUE) (ara l-punti 141‑144)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat – Self mogħti b’rata preferenzjali – Ħlas lura tad-differenza bejn l-interessi dovuti bir-rata tas-suq u dawk effettivament imħallsa – Evalwazzjoni tar-rata tas-suq fid-dawl tar-rati tal-interessi pprattikati fiż-żmien tal-approvazzjoni tas-self (Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 14(1)) (ara l-punti 157‑159)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 108 TFUE – Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Invokazzjoni tal-prinċipju minn Stat Membru sabiex jostakola l-irkupru – Inammissibbiltà – Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji – Ammissibbiltà fil-preżenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punt 169)

13.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha – Annullament għal nuqqas ta’ motivazzjoni – Adozzjoni ta’ att ġdid fuq il-bażi ta’ atti istruttorji preċedenti validi – Ammissibbiltà (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 180‑182)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Evalwazzjoni in concreto – Dannu għall-benefiċjajru marbut mal-interessi li għandhom jitħallsu mal-ikupru – Assenza (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 192, 203)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/134/UE, tal-24 ta’ Marzu 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat C 4/03 (ex NN 102/02) implimentata mill-Italja favur WAM SpA (ĠU 2011, L 57, p. 29).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wam Industriale SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.