Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2011 - Il-Kummissjoni vs Carpi Badia

(Kawża T-52/08 P) 

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2005 - Punti ta' priorità - Nuqqas ta' għoti minħabba problema teknika - Kumitat ta' Promozzjoni A* - Għoti ta' numru ta' punti ta' priorità addizzjonali anqas minn dak li kien propost mill-ġerarkija - Nuqqas ta' iskrizzjoni fil-lista ta' uffiċjali promossi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid et K. Herrmann, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: José María Carpi Badía (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007, Carpi Badía vs Il-Kummissjoni (F-110/06, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), bl-għan li tiġi annullata din is-sentenza.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn José María Carpi Badía.

____________

1 - ĠU C 92, 12.04.2008.