Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-19 ta' Novembru 2009 - Agencja Wydawnicza Technopol vs UASI (222, 333 u 555)

(Kawżi magħquda T-200/07 sa T-202/07)1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali 222, 333 u 555 - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. Z o.o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u K. Zajfert, aġenti)

Suġġett

Tliet rikorsi ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' Marzu 2007 (każijiet R 1276/2006-4, R 1277/2006-4 u R 1278/2006-4) fir-rigward tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade marks verbali 222, 333 u 555 bħala trade marks Komunitarji.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 183, 04.08.2007.