Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Diċembru 2020 – MK vs Lufthansa CityLine GmbH

(Kawża C-660/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MK

Konvenut: Lufthansa CityLine GmbH

Domandi preliminari

Dispożizzjoni legali nazzjonali titratta ħaddiema part-time b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema full-time paragunabbli, fis-sens tal-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar Xogħol Part-Time li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC 1 , meta hija tippermetti li remunerazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema parti-time u għall-ħaddiema full-time tiġi suġġetta b’mod uniformi għall-kundizzjoni li l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ikun inqabeż, u għalhekk tawtorizza li tittieħed bħala bażi r-remunerazzjoni globali u mhux l-komponent tar-remunerazzjoni li jikkorrispondi għar-remunerazzjoni addizzjonali?

Sa fejn l-ewwel domanda tiġi risposta fl-affermattiv:

Dispożizzjoni legali nazzjonali li tippermetti li dritt għal remunerazzjoni addizzjonali jiġi suġġett għall-kundizzjoni li l-istess numru ta’ sigħat ta’ xogħol ikun inqabeż b’mod uniformi għall-ħaddiema part-time u għall-ħaddiema full-time hija kompatibbli mal-punt 1 tal-klawżola 4, u mal-prinċipju tal-pro rata temporis stabbilit fil-punt 2 tal-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar Xogħol Part-Time li jinsab fl-anness tad-Direttiva 97/81/KE, meta r-remunerazzjoni addizzjonali jkollha bħala għan li tikkumpensa volum ta’ xogħol partikolari?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267.