Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Hüpeden vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/14) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1355/2008 iddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament – Rikors għad-danni – Eżawriment tad rimedji nazzjonali – Ammissibbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] – Dmir ta’ diliġenza – Rabta kawżali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüpeden & Co. (GmbH & Co.) KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)SuġġettRikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit insegwitu għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikjarat invalidu mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

tat-22 t

a’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra EU:C:2012:158).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hüpeden & Co. (GmbH & Co.) KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 212, 07.07.2014.