Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2012 — Hassan vs Il-Kunsill
(Kawża T-572/11 R II)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Talba għal miżuri provviżorji — Talba ġdida — Fatti ġodda — Assenza — Inammissibbiltà”
1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ċaħda tat-talba — Possibbiltà li titressaq talba ġdida — Kundizzjoni — Fatti ġodda —Assenza — Inammissibbiltà (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 109) (ara l-punti 9, 10, 12, 14, 15)
2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza —Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Konsegwenzi fil-kuntest tal-eżami ta’ talba ġdida għal miżuri provviżorji (Artikolu 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 104(2) u 109) (ara l-punt 14)
Suġġett
| Talba għal miżuri provviżorji, b’mod partikolari, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri restrittivi li l-Kunsill introduċa kontra s-Sirja, sa fejn dawn il-miżuri huma intiżi għar-rikorrent. |
Dispożittiv
1) | | It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) | | L-ispejjeż huma rriżervati. |