Language of document : ECLI:EU:C:2018:122

Kawżi Magħquda C523/16 u C536/16

MA.T.I. SUD SpA
vs
Centostazioni SpA

u

Duemme SGR SpA
vs
Associazione Cassa Nazionale di Previdenza e Assistenza in favore dei Ragionieri e Periti Commerciali (CNPR)

(talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2004/18/KE – Artikolu 51 – Regolarizzazzjoni – Direttiva 2004/17/KE – Kjarifika tal-offerti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-regolarizzazzjoni mill-offerenti tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja – Prinċipji relatati mal-għoti tal-kuntratti pubbliċi – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ proporzjonalità”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Frar 2018

1.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2014/24 – Applikazzjoni ratione temporis – Deċiżjoni tal-awtorità kontraenti li tagħżel it-tip ta’ proċedura li għandha tiġi adottata qabel it-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva – Inapplikabbiltà tad-Direttiva

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2014/24, Artikolu 90)

2.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Għoti ta’ kuntratti – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza – Portata – Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li tistieden lill-offerent jikkjarifika offerta jew jirrettifika żball sostantiv manifest f’din tal-aħħar – Kundizzjonijiet

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17, Artikolu 10)

3.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Sottomissjoni ta’ offerti – Fakultà għall-Istati Membri sabiex jippermettu lill-awtorità kontraenti jistiednu lill-offerenti sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw iċ-ċertifikati u d-dokumenti ppreżentati insostenn tal-proposti tagħhom– Limiti – Possibilità għal offerent li jbiddel l-offerta tiegħu b’mod sostanzjali – Esklużjoni

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 51)

4.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport, u tas-servizzi postali – Direttiva 2004/17 – Sottomissjoni tal-offerti – Possibbiltà għall-awtorità kontraenti li tistieden lill-offerent jikkjarifika offerta  – Kundizzjonijiet – Assenza ta’ klawżola ta’ esklużjoni tal-kandidatura f’każ ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni ta’ tali dokumenti

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17, Artikolu 10)

5.        Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/18 – Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi – Direttiva 2004/17 – Sottomissjoni tal-offerti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta r-regolarizzazzjoni mill-offerenti tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta għal ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Natura proporzjonata tas-sanzjoni – Assenza ta’ bidla sostanzjali tal-offerta inkwistjoni

(Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17, Artikoli 10, u 2004/18, Artikoli 2 u 51)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 34-36)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 39)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 44-49)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 50-52)

5.      Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 51 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], il-prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, li fosthom jinsabu l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, bħala regola, leġiżlazzjoni nazzjonali milli tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preparazzjoni tal-fajl, li b’applikazzjoni tagħha l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku, tistieden lil kull offerent li l-offerta tiegħu hija vvizzjata b’irregolaritajiet sostanzjali, fis-sens tal-imsemmija leġiżlazzjoni, jirregolarizza l-offerta tiegħu, taħt riżerva ta’ ħlas ta’ sanzjoni pekunjarja, sakemm l-ammont ta’ din is-sanzjoni jibqa’ konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina.

Min-naħa l-oħra, dawn l-istess dispożizzjonijiet u prinċipji għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ assistenza għall-preprazzjoni tal-fajl li b’applikazzjoni tiegħu l-awtorità kontraenti tista’ teżiġi minn offerent, permezz tal-ħlas minn dan tal-aħħar ta’ sanzjoni pekunjarja, li jirrimedja għall-assenza ta’ dokument li, skont id-dispożizzjonijiet espressi tad-dokumenti tal-kuntratt, għandhom iwasslu għall-esklużjoni tiegħu, jew li jelimina l-irregolaritajiet li jaffettwaw l-offerta tiegħu b’mod li l-korrezzjonijiet jew bidliet li jsiru jkunu jixbhu ħafna l-preżentazzjoni ta’ offerta ġdida.

(ara l-punt 65 u d-dispożittiv)