Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2013 – Thomé vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-97/12) 1

(Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/177/10 – Deċiżjoni li ma jiġix irreklutat kandidat li għadda minn kompetizzjoni – Kriterji ta’ eliġibbiltà – Diploma universitarja)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Florence Thomé (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u M. G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni sabiex ma tiġix irreklutata r-rikorrenti wara li għaddiet mill-Kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-EPA u t-talba għad-danni

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-11 ta’ Novembru 2011 u tal-5 ta’ Ġunju 2012 tal-Kummissjoni Ewropea huma annullati.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil F. Thomé s-somma ta’ EUR 14 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ F. Thomé.

____________

1 ĠU C 355, 17.11.2012, p. 39.