Language of document : ECLI:EU:T:2012:308





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sebaʼ Awla) tat-18 taʼ Ġunju 2012 — Transports Schiocchet — Excursions vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/11)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Servizzi ta’ trasport bil-kowċ u x-xarabank bejn l-Istati Membri — Regolament (KEE) Nru 684/92 — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Assenza — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 27)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Att normattiv li jimplika għażliet ta’ politika ekonomika — Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lill-individwi — Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 28)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Ommissjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Neċessità ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu legali li tittieħed azzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 37-40)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Att normattiv li jimplika għażliet ta’ politika ekonomika — Ksur suffiċjentement serju ta’ regola superjuri tad-dritt li tagħti drittijiet lil individwi — Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi tal-limiti tas-setgħa wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni — Preżentazzjoni tardiva mill-Kummissjoni ta’ proposta ta’ liġi fil-qasam ikkonċernat — Responsabbiltà li ma tqumx (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 41, 42)

Suġġett

Talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-applikazzjoni tas-sistema prevista mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 684/92, tas-16 ta’ Marzu 1992, dwar regoli komuni għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri bil-coach u bix-xarabank (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 306).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Transports Schiocchet — Excursions hija kkundannata għall-ispejjeż.