Language of document : ECLI:EU:F:2012:161

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

23 ta’ Novembru 2012

Kawża F‑122/11

Dragos-Lucian Vacarescu

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Tardività – Ammissibbiltà manifesta”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEFA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu D.‑L. Vacarescu jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ April 2011, li permezz tagħha l-ħlas tal-allowance ta’ kuljum prevista fl-Artikolu 10 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) ġie rrifjut lilu.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Eżami ex officio mill-qorti

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

It-termini ta’ lment u ta’ rikors, previsti fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, huma ta’ ordni pubbliku u ma jistgħux jitħallew fid-diskrezzjoni tal-partijiet jew tal-qorti li għandha tivverfika, anki ex officio, jekk dawn ġewx osservati.

(ara l-punt 14)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 29 ta’ Ġunju 2000, Politi vs Il‑Fondazzjoni Ewropea għat‑Taħriġ, C‑154/99 P, punt 15

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 15 ta’ Jannar 2009, Braun-Neumann vs Il‑Parlament, T‑306/08 P, punt 36

It-Tribunal għas-Servizz Publikku: 12 ta’ Mejju 2010, Peláez Jimeno vs Il‑Parlament, F‑13/09, punt 18