Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg - (il-Ġermanja) – Leyla Ecem Demirkan vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-221/11) 1

(Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Protokoll addizzjonali – Artikolu 41(1) – Klawżola ta’ ‘standstill’ – Obbligu ta’ pussess ta’ viża għad-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Dritt ta’ ċittadin Tork li jidħol fi Stat Membru sabiex iżur membru tal-familja tiegħu u jibbenefika, potenzjalment, minn provvisti ta’ servizzi)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leyla Ecem Demirkan

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg - Intepretazzjoni tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll addizzjonali, tat-23 ta’ Novembru 1970, anness mal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija dwar miżuri li għandhom jiġu adottati għad-dħul fis-seħħ tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 43) - Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “libertà li jiġu pprovduti servizzi” inkluża fl imsemmija dispożizzjoni - Possibbiltà ta’ inklużjoni tal-libertà “passiva” li jiġu pprovduti servizzi - Dritt ta’ ċittadin Tork li jidħol fi Stat Membru sabiex iżur lil membru tal-familja tiegħu u li jibbenefika, ipotetikament, mill-provvista ta’ servizziDispożittivIl-kunċett ta’ “libertà li jiġu pprovduti servizziˮ imsemmi fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix il-libertà taċ-ċittadini Torok, destinatarji ta’ servizzi, li jżuru Stat Membru sabiex jibbenefikaw minn provvista ta’ servizzi hemmhekk.