Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Lulju 2008 - Tresplain Investments vs UASI - Hoo Hing (Golden Elephant Brand)

(Kawża T-303/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tresplain Investments Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: McFarland, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Hoo Hing Holdings Ltd (Romford, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Mejju 2008 fil-każ R 889/2007-1; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva "Golden Elephant Brand" għal prodotti fil-klassi 30 - Reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 241 810

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta' l-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark figurattiva mhux irreġistrata "GOLDEN ELEPHANT", li kienet tintuża fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikoli 73 u 74(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta ħa in kunsiderazzjoni fatti allegati, kif ukoll preżunzjonijiet u assunzjonijiet legali li ma kinux introdotti jew sostanzjati mill-partijiet, meta fl-istess ħin irrifjuta li jieħu in kunsiderazzjoni fatti, provi u argumenti oħra mressqa mir-rikorrenti; ksur ta' l-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 billi l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonstata li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati u, b'riżultat ta' dan, probabbiltà ta' danni.

____________