Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2012 – ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-156/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni tas-17 ta’ Frar 2012 li tiċħad t-talba tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni ;

jannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Settembru 2012, innotifikata l-istess jum permezz ta’ posta elettronika u fit-12 ta’ Settembru 2012 permezz ta’ ittra rreġistrata b’riċevuta, li tiċħad it-talba tar-rikorrent ;jikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ħlas ta’ allowance ta’ EUR 354000 bħala kumpens għad-danni materjali, dawn l-ammonti kienu ġew stabbiliti provizzorjament, u ta’ EUR 100000 bħala kumpens għad-danni morali li ġarrab, dan l-ammont kien ġie stabbilit ex aequo et bono;tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.