Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014 – McCoy vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża F-156/12) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rikors għad-danni – Aġir ħażin – Fastidju mis-superjuri diretti – Mard ikkaġunat mix-xogħol – Kumpens mogħti abbażi tal-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal li ma jkoprix id-dannu kollu subit – Talba għal kumpens kumplimentari)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: McCoy (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni (rappreżentanti: S. Bachotet u J.C Cañoto Argüelles, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ kumpens għad-danni minħabba aġir ħażin tal-Kumitat tar-Reġjuni u t-talba ta’ kumpens għad-danni materjali u morali.

Dispożittiv tas-sentenza

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil McCoy is-somma ta’ EUR 20 000.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż ta’ McCoy.

____________

1 ĠU C 71, 09.03.2013, p. 31.