Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ġunju 2011 - ATB Norte vs UASI - Bricocenter Italia (Affiliato BRICO CENTER)

(Kawża T-483/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Affiliato BRICO CENTER - Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti ATB CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro u CENTROS DE BRICOLAGE Brico Centro - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment P. López Ronda, G. Macias Bonilla, H. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, sussegwentement F. Brandolini Kujman, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Montalto u G. Mannucci, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bricocenter Italia Srl (Rozzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghidini, M. Mergati u C. Signorini, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Settembru 2009 (Każ R 1048/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn ATB Norte, SL u Bricocenter Italia Srl.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta' Settembru 2009 (Każ R 1048/2008-4) hija annullata sa fejn tilqa' l-appell ta' Bricocenter Italia Srl quddiem il-Bord tal-Appell dwar is-servizzi ta' "pubbliċità", ta' "ġestjoni tat-tranżazzjonijiet kummerċjali" u ta' "amministrazzjoni kummerċjali", msemmija fl-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

ATB Norte, SL, Bricocenter Italia u l-UASI huma kkundanati jbatu l-ispejjeż individwali tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010