Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2013 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/09) 1

(“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri ta’ żvilupp rurali – Żoni żvantaġġati u agroambjent – Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa – Infiq imwettaq mill-Polonja – Rapporti ta’ kontroll – Effikaċja tal-kontrolli – Sistema ta’ sanzjonijiet – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, sussegwentement M. Szpunar u B. Majczyna, u finalment B. Majczyna u S. Balcerak, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u M. Owsiany-Hornung, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/721/KE, tal-24 ta’ Settembru 2009, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija ta’ Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) (ĠU L 257, p. 28).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.