Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Novembru 2009 - ATB Norte vs UASI - Bricocenter Italia (Affiliato BRICO CENTER)

(Kawża T-483/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: ATB Norte, SL (Burgos, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, H. L. Curtis-Oliver u G. Marín Raigal, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bricocenter Italia Srl [Rozzano Milanofiori (Milano), l-Italja]

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Settembru 2009 - R 1048/2008-4.

tikkundanna lill-konvenut (UASI) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Bricocenter Italia S.r.l.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "Affiliato BRICOCENTER" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4.939.344), għal servizzi fil-klassi 35.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade marks Komunitarji figurattivi li fihom l-elementi verbali "CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO" (Nru 3.262.623) u "ATB CENTROS DE BRICOLAGE BRICOCENTRO" (Nru 989.046), għal servizzi fil-klassijiet 35, 37 u 39.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha.

Motivi invokati: Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________