Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Novembru 2009 - McLoughney vs UASI - Kern (Powerball)

(Kawża T-484/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Rory McLoughney (Thurles, l-Irlanda) (rappreżentant: J. M. Stratford-Lysandrides, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ernst Kern (Zahling, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' Settembru 2009, fil-Każ R 1547/2006-4;

tilqa' l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3164779; u

sussidjarjament, tibgħat lura quddiem il-konvenut l-oppożizzjoni għal analiżi iktar fid-dettall skont id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Powerball" għal prodotti li jaqgħu fil-klassijiet 10, 25 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark mhux reġistrata "POWERBALL" użata fil-kummerċ fl-Irlanda u fir-Renju Unit

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(3) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8(3) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 rispettivament) u tar-Regoli 50(2) u 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 1, peress li l-Bord tal-Appell ma evalwax l-oppożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u kellu jirrikonoxxi li r-rikorrent kellu l-kapaċità li jopponi t-trade mark ikkonċernata; ksur tal-Artikoli 8(4) u 73 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li saru l-Artikoli 8(4) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 rispettivament) u tar-Regoli 50(2) u 52(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, peress li l-Bord tal-Appell ma evalwax l-oppożizzjoni fid-dawl tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u kellu jirrikonoxxi li r-rikorrent kien il-proprjetarju ta' drittijiet preċedenti u li hu kien uża fil-kummerċ it-trade mark iċċitata insostenn tal-oppożizzjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠUEdizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol 1, p. 189).