Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Jannar 2017 – Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-623/15 P)1

(Appell – Akkordji – Suq mondjali tat-tubi katodiċi għat-televixins u skrins tal-kompjuter – Ftehim u prattiċi miftiehma fil-qasam tal-prezz, tat-tqassim tas-swieq u tal-klijenti u ta’ limitazzjoni tal-produzzjoni – Kunċett ta’ “unità ekonomika” bejn żewġ kumpanniji – Kunċett ta’ “influwenza determinanti” – Kontroll konġunt minn żewġ kumpanniji omm – Żnaturament tal-provi)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corp. (rappreżentanti: J. F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, Rechtsanwalt, J. Jourdan, avukat, A. Kadri, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan u V. Bottka, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 27, 25.1.2016