Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Frar 2021 – B.S., Ł.S. vs M.

(Kawża C-82/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B.S., L.S..

Konvenut: M..

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE 1 tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza, ta’ effettività u ta’ ċertezza legali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interpretazzjoni ġudizzjarja ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li skontha l-pretensjoni tal-konsumatur għall-ħlas lura tal-ammonti mħallsa indebitament minħabba klawżola inġusta f’kuntratt konkluż bejn l-imprenditur u l-konsumatur tiġi preskritta wara l-iskadenza tat-terminu ta’ għaxar snin li jibda jiddekorri mill-mument ta’ kull eżekuzzjoni mill-konsumatur tal-obbligi tiegħu, anki fil-każ fejn il-konsumatur ma kienx jaf bin-natura inġusta ta’ dan il-kuntratt?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.