Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Mejju 2011 - Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon "Ygeia" vs UASI (υγεία)

(Kawża T-7/10) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali υγεία - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv u karattru deskrittiv - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon "Ygeia" AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: K. Alexiou u S. Foteas, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Novembru 2009 (Każ R 190/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali υγεία bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Diagnostiko kai Therapeftiko Kentro Athinon "Ygeia" hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 80, 27.03.2010.