Language of document : ECLI:EU:T:2011:296

DIGRIET TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

21 ta’ Ġunju 2011

Kawża T-12/10 P

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rimbors ta’ spejjeż — Nota tal-Kummissjoni li tinforma lir-rikorrent bl-intenzjoni tagħha li twettaq tnaqqis mill-allowance tal-invalidità tiegħu — Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett: Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑94/08, ĠabraSP p. I‑A‑1‑421 u II‑A‑1‑2281), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Deċiżjoni: L-appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.

Sommarju

Uffiċjali — Rikorsi — Att li jikkawża preġudizzju — Kunċett — Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lill-persuna kkonċernata bl-intenzjoni tagħha li twettaq tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità tagħha — Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Nota tal-amministrazzjoni li tinforma lil uffiċjal bl-intenzjoni tagħha li twettaq tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità tiegħu, fil-każ fejn il-qorti Komunitarja ma tiġix adita b’talba għal tassazzjoni ta’ spejjeż li huwa jkun ġie kkundannat iħallas fil-kuntest ta’ kawża preċedenti, ma tikkostitwixxix teħid ta’ pożizzjoni definittiv tal-amministrazzjoni u ma tistax titqies li direttament u immedjatament taffettwa l-interessi tiegħu, billi tbiddel b’mod rilevanti l-pożizzjoni ġuridika tiegħu.

(ara l-punti 21 u 22)