Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Frar 2013 - Klizli vs Il-Kunsill

(Kawża T-336/12) 

("Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Irtirar mil-lista ta' persuni kkonċernati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Yousef Klizli (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: Z. Garkova-Lyutskanova, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta' Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta' Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 287, 22.09.2012.