Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2014 – Sartorius Lab Intstruments vs UASI (Kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen)

(Kawża T-331/12)1

[“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Sinjal li jikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sartorius Lab Intstruments GmbH & Co. KG (Göttingen, il-Ġermanja), ammessa li tissostitwixxi lil Sartorius Weighing Technology GmbH (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1783/2011-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal ikkostitwiet minn ark ta’ ċirku isfar kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sartorius Lab Instruments GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 287, 22.9.2012.