Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Diċembru 2011 - Spa Monopole vs UASI - South Pacific Management (Manea Spa)

(Kawża T-611/11)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u E. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: South Pacific Management (Papeete, il-Polineżja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) tat-8 ta' Settembru 2011 fil-Każijiet Magħquda R 1776/2010-1 u 1886/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: South Pacific Management

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "Manea Spa" għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 24, 25, 43 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-Rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali "SPA" u "Les Thermes de Spa" għal prodotti u servizzi fil-Klassijiet 3, 32 u 42 (li issa saret il-klassi 44).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: ċaħda parżjali tal-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ċaħda tal-appell tar-rikorrenti.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tax-xebh bejn it-trade marks inkwistjoni u f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tal-importanza tal-karattru distintiv miksub bl-użu tat-trade mark "SPA" u tal-probabbiltà ta' konfużjoni, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 f'dak li jirrigwarda l-evalwazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade marks "SPA" u "Les Thermes de Spa".

____________