Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2023 – Enedo vs EUIPO – Enedis (Enedo AMPS WITH PASSION)

(Kawża T-1143/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enedo Oyj (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentanti: H.-M. Elo u E. Hodge, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Enedis (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “ Enedo AMPS WITH PASSION ”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 159 735

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Settembru 2023 fil-Każ R 192/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________