Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2023 – Schöffel Sportbekleidung vs EUIPO – BV (Schöffel Ich bin raus.)

(Kawża T-1141/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Schöffel Sportbekleidung GmbH (Schwabmünchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Klein, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BV

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Schöffel Ich bin raus” – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea Nru 1 125 107

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 273/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirriformaha billi tiċħad l-appell kif ukoll tiċħad it-talba għal revoka tas-6 ta’ Ġunju 2021 bħala inammissibbli;

tikkundanna lill-parti kkonċernata għall-ispejjeż tal-proċeduri; sussidjarjament, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motiv invokat

Abbuż ta’ dritt u ta’ proċedura tal-Artikolu 107 kif ukoll tal-Artikolu 58(1)(a), l-Artikolu 63(1)(a), l-Artikolu 182 u l-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________