Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2024 – Kartroi vs EUIPO - Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche (SANDOKAN)

(Kawża T-1/24)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Kartroi LLC (Orlando, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Baccarelli, avvocata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche SpA (Ruma, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea SANDOKAN – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 109 567

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2023 fil-Każ R 20/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal revoka għan-nuqqas ta’ użu tat-trade mark internazzjonali Nru 1 109 567 imressqa fid-9 ta’ Ġunju 2021 minn Luxvide Finanziaria per Iniziative Audiovisive e Telematiche SpA;

tirrimborsa lil Kartroi l-ispejjeż tal-proċedura preżenti kif ukoll l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-fażijiet preċedenti li seħħew quddiem l-EUIPO u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________